AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m'għandux jiġi kkunsmat minħabba l-possibilita` ta' preżenza ta' Tropane Alkaloids.
Tropane Alkaloids huma tossini naturali li jinstabu f'ċertu speċi ta' pjanti. Effetti mhux mixtieqa fuq is-saħħa tal-bniedem jistgħu jinkludu: tibdil fir-rata tat-taħbit tal-qalb, uġigħ ta' ras, sturdament u dardir. Kontaminazzjoni fl-ikel tista' tiġi kkawżata meta partijiet minn dawn il-pjanti (l-iktar iż-żerriegħa) jiġu maħsuda bla ħsieb mill-uċuħ agrikoli.
| Isem tal-prodott fuq il-pakkett: | Bio Organic Tortilla Chips (Naturel) | |||
| Ditta: | Trafo | |||
| Piż: | 200g | |||
| Dati tad-durabbiltà (minn u sa , iż-żewġ dati niklużi): | 15/08/2022 – 09/01/2023 | |||
Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946