Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Tirritorna l-edizzjoni speċjali tal-Festival Malti tal-Ikel Internazzjonali fix-Xewkija

pr221017
Date Icon 29/07/2022

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ħabbar li din is-sena se tirritorna l-edizzjoni speċjali tal-Festival Malti tal-Ikel Internazzjonali bejn il-Ġimgħa 5 u s-Sibt 6 ta' Awwissu fil-pjazza tax-Xewkija. Dawn se jkunu żewġ iljieli ta' ċelebrazzjoni kulinarja minn madwar id-dinja fejn wieħed jista' jesperjenza t-tjubija tal-ikel Ażjatiku, il-kwalità tal-ikel Mediterranju, l-aqwa tal-platt Ewropej u l-ġenwinità tal-ikel Għawdxi.

Il-Ministru Camilleri qal li, “Dan l-avveniment tas-sajf stabbilixxa ruħu fil-kalendarju kulturali Għawdxi u huwa wieħed mill-aktar popolari li jsiru fil-gżira Għawdxija, tant li jattira lejh diversi Għawdxin, Maltin u turisti." L-ikel huwa parti integrali mill-kultura u s-soċjetà tagħna l-Maltin u għal bosta huwa opportunità ta' għaqda fejn bħala komunità niċċelebraw dak li jgħaqqadna.

Matul l-avveniment wieħed jista' jduq ukoll għażla wiesgħa ta' birrer u inbejjed lokali u internazzjonali filwaqt li jgawdi minn atmosfera unika minn mużiċisti li se jdoqqu mużika live fl-isfond tar-rotunda tax-Xewkija.

Is-Sindku tax-Xewkija Hubert Saliba rringrazzja lill-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri u lill-organizzaturi ta' dan il-festival, li għal darb'oħra għażlu l-lokalità tax-Xewkija filwaqt li awgura li din l-edizzjoni tkun suċċess bħas-snin preċedenti.

Min-naħa tiegħu, id-Direttur tal-Avveniment Jonathan Pace spjega kif bħala organizzaturi din is-sena qedgħin jiffukaw fuq il-versatilità, b'aktar minn 100 platt differenti minn madwar id-dinja se jkun servut minn madwar 20 esibitur li se jkunu qegħdin joffru l-aqwa ikel minn bosta pajjiżi minn madwar id-dinja. Din hija okkażjoni ideali sabiex wieħed jiċċelebra s-sajf Malti f'Għawdex. Għal dawk li jħobbu l-ħlewwiet se jkun hemm ukoll għażla wiesgħa ta' ħelu Għawdxi u ta' ġelati u ħlewwiet oħra partikolarment Mediterranji.

Se tintrama wkoll żona speċjali għat-tfal li se tinkludi wkoll ikel adattat għalihom. 

Is-servizz tal-linja se jkun qiegħed jopera b'rotot miżjuda mix-xatt tal-Imġarr sax-Xewkija u lura bir-rotta 323. Għal aktar informazzjoni, wieħed jista' jżur is-sit www.maltainternationalfoodfestival.com.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Tirritorna l-edizzjoni speċjali tal-Festival Malti tal-Ikel Internazzjonali fix-Xewkija
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow