Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Familji bi kwalità ta’ ħajja aħjar permezz ta’ drittijiet ġodda li se jidħlu fis-seħħ mit-2 t’Awwissu

pr221013
Date Icon 28/07/2022

B'effett mit-tnejn t'Awwissu li ġej, il-liġi Maltija se tkun qed tintroduċi drittijiet ġodda li jassiguraw kwalità ta' ħajja aħjar lill-familji Maltin. Dawn id-drittijiet jikkonċernaw il-leave tal-paternità, il-leave tal-ġenituri u l-leave tal-carers.

Matul żjara li s-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali Andy Ellul kellu fl-uffiċini tal-Mediterranean Insurance Brokers f'Ħal Qormi, huwa spjega li dawn id-drittijiet il-ġodda se jagħtu kwalità ta' ħajja aħjar lill-ħaddiema u l-familji tagħhom. Saħaq li b'effett min-nhar it-Tlieta li ġej, il-liġi se tkun qed tinkorpora erba' drittijiet ġodda: għaxart ijiem leave tal-paternità, il-leave t'erba' xhur għall-ġenituri li xahrejn minnhom se jkunu mħallsa, ħamest ijiem carers' leave u d-dritt tal-flessibilità fuq il-post tax-xogħol.

Is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul qal li dawn id-drittijiet se jkunu qed joħolqu bilanċ bejn ir-realtajiet ta' min iħaddem u l-impjegat. Stqarr li dawn id-drittijiet huma biss il-bidu u li l-Gvern huwa kommess li jkompli jibni fuqhom biex il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema jibqgħu dejjem jitjiebu.

Min-naħa tiegħu, id-Direttur tal-kumpanija Tonio Briffa qal li d-drittijiet l-ġodda li se jidħlu fis-seħħ se jkunu qed jikkumplimentaw l-inċentivi li toffri Mediterranean Insurance Brokers biex tassigura bilanċ adegwat bejn ix-xogħol u l-familja. Huwa laqa' b'sodisfazzjon id-drittijiet il-ġodda u qal li dawn se jagħtu iktar flessibilità lill-ġenituri u lil dawk li jieħdu ħsieb lill-qraba tagħhom.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Familji bi kwalità ta’ ħajja aħjar permezz ta’ drittijiet ġodda li se jidħlu fis-seħħ mit-2 t’Awwissu
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Familji bi kwalità ta’ ħajja aħjar permezz ta’ drittijiet ġodda li se jidħlu fis-seħħ mit-2 t’Awwissu
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Familji bi kwalità ta’ ħajja aħjar permezz ta’ drittijiet ġodda li se jidħlu fis-seħħ mit-2 t’Awwissu
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow