Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President ta’ Malta jiltaqa’ mal-atleti Maltin li se jikkompetu fil-Logħob tal-Commonwealth

pr221009
Date Icon 27/07/2022

Lejlet iċ-Ċerimonja tal-Ftuħ tal-Logħob tal-Commonwealth f'Birmingham fir-Renju Unit, il-President George Vella u s-Sinjura Miriam Vella ltaqgħu mal-kontinġent Malti.

F'messaġġ lill-atleti fl-Università ta' Birmingham, fejn qed joqogħdu wħud mill-atleti Maltin, il-President Vella awguralhom kull suċċess, u faħħar id-dedikazzjoni u l-impenn tagħhom fid-dixxiplini rispettivi tagħhom. Il-President radd ħajr lill-managers u trainers tal-atleti għas-sostenn li jagħtuhom fit-taħriġ u f'avvenimenti sportivi bħal dawn.

Disgħa u għoxrin atleta se jikkompetu f'isem Malta f'disa' dixxiplini sportivi: l-atletika, il-badminton, iċ-ċikliżmu, il-judo, il-lawn bowls, il-lotta, l-isquash, it-triathlon, u l-weightlifting. Malta kkompetiet għall-ewwel darba fil-Logħob tal-Commonwealth fl-1958.

Il-President u s-Sinjura Vella mistennija jattendu għaċ-Ċerimonja tal-Ftuħ tal-Logħob tal-Commonwealth, li qed isiru f'Birmingham bejn it-28 ta' Lulju u t-8 ta' Awwissu.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President ta’ Malta jiltaqa’ mal-atleti Maltin li se jikkompetu fil-Logħob tal-Commonwealth
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President ta’ Malta jiltaqa’ mal-atleti Maltin li se jikkompetu fil-Logħob tal-Commonwealth
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President ta’ Malta jiltaqa’ mal-atleti Maltin li se jikkompetu fil-Logħob tal-Commonwealth
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow