Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA

pr220994
Date Icon 25/07/2022

Ħsarat tekniċi fil-linear accelerators tal-Isptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo, li żviluppaw tul tmiem il-ġimgħa, waslu għas-sospenzjoni temporanja tas-servizz tal-radjoterapija fl-Isptar Mater Dei. 

Il-Ministeru għas-Saħħa waqqaf bord ta' inkjesta interna sabiex jistabbilixxi x'wassal għal dawn il-ħsarat, fid-dawl li din hija l-ewwel darba li seħħet ħsara teknika simili.

Mill-indikazzjonijiet tal-investigazzjoni preliminari, illi saret mill-amministrazzjoni tal-istess sptar, jidher illi s-sors tal-ħsara kienet fis-sistema tal-coolers li jirregolaw il-magni. S'issa it-tim tekniku stabbilixxa li l-ħsara hija reparabbli u diġà bdew il-preparamenti għat-tiswijiet meħtieġa.

L-amministrazzjoni tal-Isptar Mater Dei qiegħda taħdem id f'id mal-konsulenti kollha tal-pazjenti tal-onkoloġija sabiex jinstabu alternattivi adegwati għall-pazjenti.

Il-Ministeru għas-Saħħa jiskuża ruħu għal kull inkonvenjent maħluq f'dawn iċ-ċirkostanzi u jikkommetti ruħu li jsiru l-arranġamenti kollha neċessarji fl-aħjar interess ta' saħħet il-pazjenti milquta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow