Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ Inawgurat ix-xogħol ta’ rinnovazzjoni fil-Mużew tal-Katidral fiċ-Ċittadella

pr220991
Date Icon 24/07/2022

B'investiment ta' madwar €300,000 iffinanzjati minn fondi Ewropej ġew inawgurati x-xogħlijiet ta' rinnovazzjoni li saru fil-Mużew tal-Katidral fiċ-Ċittadella.

L-inawgurazzjoni saret mill-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri, is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett, u l-Vigarju Ġenerali Mons. Tarċisju Camilleri.

Ix-xogħlijiet kienu jikkonsistu f'rinnovazzjoni sħiħa tal-binja tal-mużew kif ukoll it-titjib fl-aċċessibbiltà għal persuni b'diffikultà ta' mobbiltà, kemm f'termini ta' aċċess estern fid-daħla tal-mużew kif ukoll tibdiliet interni bħall-installazzjoni ta' lift aċċessibbli mis-sulari kollha tal-mużew.

Ix-xogħlijiet kienu jinkludu wkoll xogħlijiet mekkaniċi u elettriċi, finituri, u xogħlijiet anċillari oħra bħal sistemi elettriċi, plumbing u sistemi ta' ventilazzjoni. Barra minn hekk, ġie installat ukoll tagħmir awdjoviżiv biex tissaħħaħ l-esperjenza tat-turiżmu kulturali u reliġjuż.

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li l-investiment fil-patrimonju lokali huwa l-aħjar mezz biex nassiguraw li l-preġji ta' pajjiżna jkunu preservati u protetti, imma fl-istess waqt jitgawdew mill-pubbliku u t-turisti li jogħġobhom iżuru pajjiżna. “Permezz tal-Assoċjazzjoni KURA, qed jitwettqu għadd ta' interventi bil-għan li jtejbu l-portafoll kulturali offrut lit-turisti li jżuru Għawdex. Dawn jinkludu r-restawr ta' strutturi tal-knisja u pitturi tal-knisja li jinsabu f'seba' postijiet differenti, ir-restawr ta' żewġ orgnijiet tal-Knisja, ir-rinnovazzjoni tal-Mużew tal-Katidral fir-Rabat, u t-tisħiħ taċ-ċentru tal-arti kulturali Don Bosco, fl-istess belt", sostna l-Ministru Camilleri.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Bonett qal li b'investiment ta' €2.3 miljun twettaq xogħol ta' konservazzjoni, restawr, u rinnovar fuq 16-il proġett li jinsabu fi 11-il lokalità f'Għawdex fosthom fir-Rabat, ix-Xagħra, Għarb, Għasri u Sannat. Is-segretarju parlamentari qal li €1.7 miljun minn dan l-investiment huma fondi Ewropej mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali. “Għawdex ibbenefika minn fondi Ewropej u se jkompli jibbenefika mill-programm il-ġdid sabiex aktar kumpaniji jkomplu jinvestu u jinħolqu aktar opportunitajiet ta' xogħol u turiżmu u b'hekk inkomplu ninvestu f'din il-gżira", huwa kkonkluda.

Il-mexxej ta' dan il-proġett Noel Formosa tkellem dwar l-importanza ta' dan l-investiment u kif il-mużew se jservi ta' attrazzjoni oħra fiċ-Ċittadella.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ Inawgurat ix-xogħol ta’ rinnovazzjoni fil-Mużew tal-Katidral fiċ-Ċittadella
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ Inawgurat ix-xogħol ta’ rinnovazzjoni fil-Mużew tal-Katidral fiċ-Ċittadella
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ Inawgurat ix-xogħol ta’ rinnovazzjoni fil-Mużew tal-Katidral fiċ-Ċittadella
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow