Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI L-importanza tat-tisħiħ fil-kollaborazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit fil-qasam tar-riċerka

pr220986
Date Icon 22/07/2022

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti pparteċipa f'laqgħa informali tal-Ministri Ewropej responsabbli mir-riċerka fi Praga, fejn ġiet diskussa s-sitwazzjoni tal-kollaborazzjoni tar-Renju Unit mal-programm ta' riċerka Horizon Europe.

Malta tqis lir-Renju Unit bħala sieħeb ewlieni għar-riċerka. Fil-fatt, riċerkaturi Maltin kellhom bosta kollaborazzjonijiet produttivi ma' riċerkaturi fir-Renju Unit permezz ta' programmi tal-Unjoni Ewropea f'dan is-settur.

Waqt id-diskussjonijiet, is-Segretarju Parlamentari Azzopardi Tanti enfasizza li d-dewmien fl-aċċess tar-Renju Unit fil-programm Horizon Europe wassal entitajiet ta' riċerka bbażati fl-istess pajjiż sabiex ikunu esklużi mill-ewwel qafas ta' ħidma tal-programm Horizon Europe.

Għaldaqstant, Malta tħares 'il quddiem għal din il-kollaborazzjoni mar-Renju Unit li tista' titqies bħala l-ftuħ ewlieni biex jitwessgħu l-fondi għall-programm ta' ħidma u għat-tisħiħ fl-involviment ta' wħud mill-aqwa universitajiet tad-dinja fil-qasam xjentifiku.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI L-importanza tat-tisħiħ fil-kollaborazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit fil-qasam tar-riċerka
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI L-importanza tat-tisħiħ fil-kollaborazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit fil-qasam tar-riċerka
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow