Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA: Inawgurata magna ġdida tal-kardjoloġija nukleari li toffri testijiet tal-qalb iżjed ċari

pr220982
Date Icon 21/07/2022

B'investiment ta' €700,000  minn fondi nazzjonali u minn fondi tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika, l-Isptar Mater Dei akkwista magna ġdida ta' kardjoloġija nukleari fi ħdan id-Dipartiment tal-Medical Imaging li se twassal biex l-iscans tal-qalb isiru b'inqas raġġi għall-pazjent, f'inqas ħin u b'riżultati iżjed ċari.

Waqt l-inawgurazzjoni tal-magna, li taħdem permezz tal-gamma rays, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne spjega li l-Isptar Mater Dei huwa t-tielet sptar fid-dinja li qed juża din it-teknoloġija sofistikata għal scanstal-qalb. Fisser li din il-magna mistennija tagħmel mal-4,000 scan tal-qalb fis-sena u għalhekk se tkun qed tikkontribwixxi għal tnaqqis sostanzjali fil-waiting list preżenti.

“Din is-sistema l-ġdida, apparti li tagħtina l-opportunità li noffru lill-pazjenti tagħna aċċess għal iżjed trattamenti innovattivi, se tpoġġi lill-Isptar Mater Dei fuq il-mappa dinjija tas-saħħa. Dan huwa wieħed mill-proġetti li jagħti xhieda ta' kemm il-gvern irid ikompli jinvesti fil-qasam tas-saħħa tal-poplu Malti sabiex nibqgħu meqjusa bħala waħda mill-aqwa sistemi tas-saħħa fid-dinja", sostna d-Deputat Prim Ministru.

Waqt l-inawgurazzjoni, il-konsulent tal-mediċina nukleari Anthony Samuel spjega li din il-magna ġdida tipproduċi immaġini tal-qalb iżjed ċari b'riżoluzzjoni aqwa mill-magni preċedenti, u b'hekk tgħin lit-tobba jagħmlu dijanjosi aħjar. Huwa spjega li dan huwa wieħed minn sensiela ta' proġetti li d-dipartiment qed jagħmel mal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA: Inawgurata magna ġdida tal-kardjoloġija nukleari li toffri testijiet tal-qalb iżjed ċari
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA: Inawgurata magna ġdida tal-kardjoloġija nukleari li toffri testijiet tal-qalb iżjed ċari
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow