Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Konkluż il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar il-proposta ta’ Gozo Rural Airfield

pr220975
Date Icon 20/07/2022

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ħabbar li għadu kif ġie fi tmiemu l-proċess ta' Regional Impact Assessment li kien jinkludi numru ta' studji kif ukoll konsultazzjoni pubblika relatati mal-proġett propost tal-Gozo Rural Airfield.

Il-Ministru Camilleri sostna kif fl-ewwel 100 jum ta' dan il-gvern, il-Ministeru għal Għawdex, permezz tal-Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta' Għawdex, nieda dan il-proċess li permezz tiegħu ppropona dan il-proġett sabiex jesplora l-possibilità li s-sit dilapitat tal-Gozo Heliport jinbidel f'airfield.

“Din il-proposta hija wegħda elettorali li dan il-gvern hu determinat li jwettaq, speċjalment issa li l-istudji kollha juru li l-benefiċċji relatati mal-proġett kif propost huma ferm aktar attraenti mill-impatt li dan jista' jkollu", sostna l-Ministru għal Għawdex.

Huwa spjega li ġew sottomessi aktar minn 70 proposta, suġġeriment u rakkomandazzjoni li ġew analizzati b'reqqa mill-awtorità u li eventwalment ġew inklużi fid-dokument finali dwar dan il-proġett, ir-Regional Impact Assessment. “Nirringrazzja lil kull min b'xi mod ikkontribwixxa biex din il-proposta mhux biss titwettaq, bil-għan li nimmassimizzaw sit mitluq f'minjiera ta' opportunità, imma biex dan isir b'rispett sħiħ lejn l-ambjent tal-gżira", tenna l-Ministru Clint Camilleri.

Mario Borg, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta' Għawdex, ta ħarsa dettaljata tal-proċess relatat mall-konsultazzjoni pubblika fejn evalwa bir-reqqa l-impatt li dan il-proġett jista' jkollu fuq l-ekonomija, l-ambjent u l-qasam soċjali tal-gżira Għawdxija kif ukoll ta ħarsa lejn ir-rakkomandazzjoni sabiex jitjieb il-proġett kif propost. Uħud mir-rakkomandazzjonijiet huma:

  • li l-aspett rurali tal-proġett jibqa' ċentrali;
  • li jkomplu jiżdiedu l-miżuri – b'użu għaqli ta' siġar u veġetazzjoni oħra – sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun l-impatt ta' ħsejjes li jistgħu jiġu ġġenerati;
  • li l-fuel deposit ma' jkunx ristrett biss għall-użu ta' emerġenza;
  • li l-proġett jaħseb għall-installazzjoni ta' charging points elettriċi sabiex ikun aktar faċli li jintużaw minn ajruplani elettriċi;
  • u li l-gvern jibqa' jkollu sehem attiv fl-immaniġġjar tal-operat tal-airfield meta din titlesta.



    “Il-pass li jmiss hu li fuq ir-rakkomandazzjonijiet ta' dan ir-rapport, il-Ministeru għal Għawdex fil-ġimgħat li ġejjin jissottometti applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar u jekk jinħarġu l-permessi, isegwi l-proċess tal-offerti biex b'hekk l-aċċessibilità lejn Għawdex tkompli tissaħħaħ", ikkonkluda l-Ministru Camilleri.
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Konkluż il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar il-proposta ta’ Gozo Rural Airfield
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Konkluż il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar il-proposta ta’ Gozo Rural Airfield
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Konkluż il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar il-proposta ta’ Gozo Rural Airfield
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Konkluż il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar il-proposta ta’ Gozo Rural Airfield
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow