Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI It-tfal jgħidu tagħhom dwar il-kultura u l-arti

pr220967
Date Icon 18/07/2022

Itellgħet laqgħa ta' diskussjoni bejn numru ta' studenti, li l-etajiet tagħhom ivarjaw bejn id-disa' snin u t-13-il sena, li matulha dawn kellhom iċ-ċans isemmgħu leħinhom u l-ħsibijiet tagħhom dwar l-affarijiet marbuta mal-kultura u l-arti. Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici kien preżenti għal din il-laqgħa.

L-għan ta' din il-laqgħa kien li jinġabru diversi ideat u suġġerimenti filwaqt li jiżdied l-għarfien dwar ix-xewqat tal-istudenti fejn tidħol l-kultura f'pajjiżna. Fost il-punti li ssemmew f'din il-laqgħa kien hemm dwar il-bżonn li nkomplu nsaħħu t-tradizzjonijiet u l-identità Maltija, kif ukoll il-bżonn li nifhmu aħjar it-tipi u l-aspetti differenti li toffri l-kultura minnha nnifisha.

Matul din il-laqgħa, il-Ministru Bonnici saħaq dwar l-importanza li jingħata leħen u spazju lit-tfal biex jesprimu dak li jaħsbu. Huwa sostna li “Huwa importanti li aħna l-adulti nagħrfu l-ħtieġa li nagħtu l-priorjità misħoqqha lill-ħsibijiet tal-ġenerazzjoni li tiela' u għandna ninvolvu iktar lit-tfal fil-komunitajiet tagħna."

Il-Ministru Bonnici temm jgħid li l-ministeru se jkun qed ikompli jisma' l-ideat tat-tfal, anke għaliex huwa kruċjali li minn età żgħira jkunu viċin il-kultura u l-arti. 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI It-tfal jgħidu tagħhom dwar il-kultura u l-arti
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI It-tfal jgħidu tagħhom dwar il-kultura u l-arti
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow