Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Il-Ministru Anton Refalo jattendi l-Kunsill tal-Ministri responsabbli mill-Agrikoltura u s-Sajd

pr220966
Date Icon 18/07/2022

Fi Brussell, waqt il-Kunsill tal-Ministri responsabbli mill-Agrikoltura u s-Sajd, ġew approvati l-konklużjonijiet dwar l-akkwakultura, fejn il-Ministru għall-Agrikolatura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo spjega li l-Gvern Malti għadu kemm adotta l-pjan nazzjonali għas-snin li ġejjin.

Waqt il-Kunsill ġew diskussi wkoll is-sitwazzjoni li qed tkompli tiżviluppa madwar id-dinja f'dak li għandu x'jaqsam mas-swieq agrikoli; il-prezzijiet tal-ikel li dejjem qed ikomplu jiżdiedu; il-provvista tal-ikel globali – li jekk tkompli tonqos se tikkawża iktar instabilità f'pajjiżi Afrikani u fil-Lvant Nofsani, b'riperkussjonijiet kbar għall-kontinent Ewropew; kif ukoll li t-temp niexef u sħun fl-Ewropa qed ipoġġi pressjoni sinifikanti fuq għelieqi li jinħartu.

Ġie diskuss ukoll id-dokument ippreżentat mill-Kummissjoni dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi. Il-Ministru Anton Refalo, flimkien ma' diversi ministri oħra Ewropej, esprima t-tħassib tiegħu dwar din il-proposta u saħaq li tali proposta trid tkun imfassla b'mod li ma tkunx ta' żvantaġġ għax-xogħol tal-bdiewa Maltin u Għawdxin.

Intant, il-Ministru Anton Refalo ħa l-okkażjoni sabiex jitkellem mal-Kummissarju Ewropew Virginijus Sinkevicius, hekk kif il-Kummissjoni għalqet il-proċedura ta' ksur li fetħet kontra pajjiżna fuq il-kontroll tal-industrija tat-tonn. Il-Ministru esprima s-sodisfazzjon tiegħu għax-xogħol siewi li sar mill-awtoritajiet Maltin u tal-Kummissjoni sabiex wasalna għal dan ir-riżultat pożittiv għal pajjiżna.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Il-Ministru Anton Refalo jattendi l-Kunsill tal-Ministri responsabbli mill-Agrikoltura u s-Sajd
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Il-Ministru Anton Refalo jattendi l-Kunsill tal-Ministri responsabbli mill-Agrikoltura u s-Sajd
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow