Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL: Ħruġ ta’ stocks tal-gvern – Lulju 2022 – riżultat tal-allokazzjoni

pr220958
Date Icon 15/07/2022

Stocks tal-Gvern ta' Malta b'rata ta' mgħax fissa

It-Teżor iħabbar ir-riżultat tal-ħruġ tal-istocks tal-Gvern ta' Malta ta' Lulju 2022.   

Sad-dati tal-għeluq fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa, 13 ta' Lulju 2022, marbuta mas-sottoskrizzjonijiet mill-membri tal-pubbliku u f'nofsinhar tal-Ġimgħa 15 ta' Lulju 2022, għall-investituri wholesale (irkant), it-Teżor irċieva dawn l-applikazzjonijiet/offerti kif jidher hawn taħt:

2,089 applikazzjonijiet mingħand membri tal-pubbliku u 36 offerta b'irkant b'valur nominali ta' ewro 200,614,400 meta l-ammont maħruġ kien ta' ewro 150 miljun (soġġett għal dritt li jiżdied l-ammont sa massimu ta' ewro 100 miljun oħra). 

It-Teżor ser jalloka l-ammont li aċċetta kif ġej:

Applikazzjonijiet/offerti sottomessi Allokazzjoni
Membri tal-pubbliku/ Investituri WholesaleMembri tal- PubblikuInvestituri Wholesale (Irkant)
Nominali (€)Nominali (€)Nominali (€)
2.60% Stock tal-Gvern ta' Malta 2028 (V) offrut għall-membri tal-pubbliku bil-prezz ta' €102.50120,028,10013,563,100106,465,000
2.90% Stock tal-Gvern ta' Malta 2032 (VI) offrut għall-membri tal-pubbliku bil-prezz ta' €101.7557,720,30023,320,30034,400,000

It-Teżor javża li l-applikazzjonijiet magħmula mill-membri tal-pubbliku li applikaw bil-prezz fiss imħabbar minn qabel taħt il-parti mhux kompetittiva tal-ħruġ u l-offerti kompetittivi kollha mitfugħa fl-irkant ser jintlaqgħu kollha.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow