Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR Aktar minn 500 parkeġġ ġdid bħala parti mill-proġett tal-Park Nazzjonali ġewwa Ta’ Qali

pr220956
Date Icon 14/07/2022

Il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi żar ix-xogħlijiet li għaddejjin bħalissa sabiex isir parkeġġ taħt l-art, bħala parti mill-proġett tal-Park Nazzjonali ġewwa Ta' Qali.

Il-Ministru Zrinzo Azzopardi qal li dan il-parkeġġ, li se jesa' 'l fuq minn 500 vettura, se joffri faċilità oħra lill-pubbliku li jżur il-Park Nazzjonali f'Ta' Qali. Dan il-parkeġġ se jkun qed jikkonsisti f'żewġ sulari ta' postijiet ta' parkeġġ taħt l-art, filwaqt li s-saqaf tal-parkeġġ se jiġi mgħammar b'faċilitajiet għall-isports tar-roti.

Il-Perit Oliver Debono, responsabbli mid-disinn ta' dan il-proġett, ta aktar dettall fuq ix-xogħlijiet li qed isiru. Huwa spjega kif dan il-proġett se jkun jinkludi s-servizzi kollha meħtieġa, bħal sistema ta' smart parking, sistemi ta' ventilazzjoni, CCTV cameras, fost oħrajn.

Il-proġett ta' €12-il miljun huwa mistenni jitlesta sa tmiem l-2023 u qed jitmexxa mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR Aktar minn 500 parkeġġ ġdid bħala parti mill-proġett tal-Park Nazzjonali ġewwa Ta’ Qali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR Aktar minn 500 parkeġġ ġdid bħala parti mill-proġett tal-Park Nazzjonali ġewwa Ta’ Qali
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow