Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX: Għawdex jissieħeb fl-International Island Games Association (IIGA)

pr220935
Date Icon 09/07/2022

Il-gżira Għawdxija ġiet aċċettata biex formalment tissieħeb fl-International Island Games Association (IIGA). 

Dan seħħ wara li l-Ministeru għal Għawdex, lura f'April ta' din is-sena, kien issottometta applikazzjoni biex isir membru ta' din l-assoċjazzjoni.

L-applikazzjoni sottomessa ġiet aċċettata b'vot unanimu waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-istess assoċjazzjoni li qed tinżamm f'Guernsey, fl-istess post fejn sena oħra se jiġu organizzati n-NatWest International Island Games.

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri wera s-sodisfazzjon tiegħu li l-applikazzjoni ġiet aċċettata b'mod unanimu. 

“Permezz ta' dawn il-logħob internazzjonali, l-atleti Għawdxin se jkollhom pjattaforma oħra fejn juru l-abilitajiet tagħhom u jagħmlu unur kemm għalihom kif ukoll għal Għawdex tagħna," sostna l-Ministru Camilleri.

Il-Ministru Camilleri qal li l-preparamenti biex Għawdex jissieħeb f'din l-assoċjazzjoni internazzjonali ilhom għaddejjin u fakkar kif matul iż-żjara li l-membri tal-eżekuttiv tal-IIAG għamlu f'Għawdex, faħħru l-impenn, id-determinazzjoni u l-viżjoni tal-gvern biex is-settur sportiv fil-gżira Għawdxija jingħata spinta 'l quddiem u dan bi proġetti kapitali u inċentivi fiskali diretti.

Il-Ministru Camilleri faħħar u rringrazzja lill-Gozo Sports Board, li kien strumentali biex applika b'suċċess u sabiex illum Għawdex jifforma parti minn din l-assoċjazzjoni.

Waqt iż-żjara f'Guernsey, il-kontinġent Għawdxi żar diversi faċilitajiet sportivi li qed jiġu ppreparati għal-logħob tas-sena d-dieħla.

L-International Island Games ġew organizzati għall-ewwel darba f'1985. 

Issa l-membri f'din l-assoċjazzjoni huma ta' 24 gżira minn madwar id-dinja u l-logħob jiġu organizzati kull sentejn.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX: Għawdex jissieħeb fl-International Island Games Association (IIGA)
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow