Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX: Imnedija żewġ skemi biex jinċentivaw is-settur turistiku

pr220931
Date Icon 08/07/2022

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri nieda żewġ skemi intiżi biex jinċentivaw is-settur turistiku f'Għawdex.

Waqt it-tnedija ta' dawn l-iskemi, il-Ministru Clint Camilleri tenna li issa li s-settur turistiku qed jirkupra u l-istabbilimenti qed jirrappurtaw riżultati tajbin, jeħtieġ li nieħdu l-opportunità sabiex nassistu bi skemi ta' għajnuna biex inkomplu ntejbu s-settur turistiku f'Għawdex.

“Permezz ta' dawn l-iskemi, li jikkumplimentaw l-istrateġija li qed iħaddan il-Ministeru għal Għawdex, qed nispiraw li, apparti li nkomplu nkabbru n-numri ta' viżitaturi kemm lokali kif ukoll barranin, inħeġġuhom iqattgħu aktar ġranet f'Għawdex u, għax le, jipprattikaw xi sports differenti li kull ma jmur Għawdex qed isir sinonimu magħhom," sostna l-Ministru Camilleri.

Id-Direttur tat-Turiżmu u Żvilupp Ekonomiku Ronald Sultana qal li permezz ta' dawn l-iskemi, l-applikanti se jingħataw rimborż fuq l-ispiża kapitali li tkun saret u li dawn l-iskemi jibqgħu eliġibbli sa Diċembru 2023.

Supporting Marketing Initiatives for the Accommodation Sector in Gozo

Skema intiża biex tinċentiva lis-settur tal-akkommodazzjoni f'Għawdex biex jimraħ aktar lejn l-użu tal-promozzjoni diġitali, li jkun wieħed konsistenti u professjonali. L-iskop huwa li bis-sehem ta' dawn il-kampanji, kemm għas-suq domestiku kif ukoll dak internazzjonali, jiżdiedu aktar il-bed nights f'Għawdex.

Supporting the Adventurous Tourism Industry in Gozo through Hiring Equipment Refund Scheme

In-niċċa turistika tal-avventura hija sinonima mal-brand ta' VisitGozo, hekk kif Għawdex huwa proġettat bħala destinazzjoni ideali sabiex jiġu pprattikati esperjenzi simili, fosthom dak tal-għadis, kayaking, cycling u rock-climbing. Sabiex insostnu din ir-reputazzjoni, u nibqgħu ntejbu l-prodott offrut, qed ninċentivaw lill-operaturi li joffru dan is-servizz biex jinvestu aktar fil-prodott li joffru, anke fi sfond ta' rkupru tas-settur turistiku.

Għal aktar informazzjoni, wieħed jista' jaċċessa s-sit elettroniku tal-Ministeru għal Għawdex - mgoz.gov.mt, jew jikkuntattja b'mod dirett lid-Direttorat tat-Turiżmu u Żvilupp Ekonomiku fuq 22156170.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX: Imnedija żewġ skemi biex jinċentivaw is-settur turistiku
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow