Left arrow Go Back

STQARRIJA MINN SERVIZZ.GOV: Ċentru ta’ servizz.gov f’Raħal Ġdid jagħlaq temporanjament għal xogħlijiet ta’ manutenzjoni

pr220920
Date Icon 07/07/2022

servizz.gov qed jinforma lill-pubbliku li ċ-ċentru ta’ Raħal Ġdid li jinsab fi Triq Ħal Luqa ser ikun magħluq temporanjament fit-8 u fid-9 ta’ Lulju minħabba xogħlijiet ta’ manutenzjoni.

Il-pubbliku huwa mħeġġeġ jagħmel użu minn ċentru ieħor li jinsab f’Raħal Ġdid fil-binja tal-Kunsill Lokali fi Triq il-Knisja. Dan iċ-ċentru huwa miftuħ mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-08:00 sas-14:00, l-Erbgħa mill-16:30 sas-19:00 u s-Sibt mit-08:00 sas-13:00.

B’mod alternattiv, il-pubbliku jista’ jikkomunika ma’ servizz.gov permezz ta’ ċentri reġjonali oħra mxerrda madwar Malta, bl-użu tal-Freephone 153, permezz tal-live chat aċċessibbli mis-sit elettroniku www.servizz.gov.mt kif ukoll permezz tal-indirizz elettroniku servizz@gov.mt.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow