Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Il-Malta Comic Con lura f’pajjiżna wara nuqqas ta’ sentejn

pr220900
Date Icon 04/07/2022

Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret ġewwa Eden Cinemas, ġie mħabbar li l-Malta Comic Con, avveniment li jiċċelebra l-kultura pop, reġa' lura f'pajjiżna wara nuqqas ta' sentejn. Dan l-avveniment ser jitella' bejn id-29 u t-30 ta' Ottubru li ġej, fl-MFCC f'Ta' Qali.

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici sostna li l-Malta Comic Con kompliet tikber matul l-aħħar snin. Huwa spjega li din is-sena, il-viżitaturi għandhom jistennew diversi avvenimenti tal-gaming, workshops, taħditiet u diskussjonijiet, prodotti għall-bejgħ, kompetizzjonijiet tal-cosplay, fost oħrajn, bil-qofol jintlaħaq permezz tal-'Artist Zone' fejn se jkunu esebiti bosta talenti, kemm lokali u barrani.

Id-Direttur tal-Istrateġija u l-Fondi fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Arti Mary Ann Cauchi saħqet li, “Il-Kunsill Malti għall-Arti jagħti appoġġ lill-organizzazzjonijiet kreattivi u kulturali, bħall-Malta Comic Con li tipprovdi pjattaforma għall-komiks u li kull ma jmur aktar qed tikseb popolarità f'pajjiżna. Dan l-appoġġ iwassal sabiex inrawmu l-potenzjal kreattiv b'mod sostenibbli u professjonali, filwaqt li ninvestu fl-eċċellenza artistika u nipprovdu aktar opportunitajiet għan-nies biex ikomplu jkabbru l-kreattività tagħhom."

Min-naħa tiegħu, il-President tal-Wicked Comics Fabio Agius sostna li “Wicked Comics tinsab kburija bix-xogħol li twettaq sabiex toħloq komunità tal-komiks vibranti u li dejjem tikber f'Malta. Sa mill-bidu tagħha, Wicked Comics tat l-opportunita lil diversi artisti u dilettanti tal-komiks lokali sabiex jitgħallmu aktar dwar din il-kultura popolari, kif ukoll provdejna pjattaformi xierqa għall-artisti lokali sabiex jgħollu l-livell u juru l-ħiliet tagħhom."

Imwaqqfa fl-2005, Wicked Comics hija organizzazzjoni mhux governattiva reġistrata li tippromwovi l-kultura komika madwar id-dinja.

Il-biljetti għal Comic Con se jkunu disponibbli minn nhar il-Ġimgħa, 29 ta' Lulju fuq https://www.maltacomiccon.com. Għal aktar informazzjoni, tista' tikkuntattja lil Wicked Comics permezz ta' email fuq info@maltacomiccon.com.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Il-Malta Comic Con lura f’pajjiżna wara nuqqas ta’ sentejn
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Il-Malta Comic Con lura f’pajjiżna wara nuqqas ta’ sentejn
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow