Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Imħabbra l-ewwel edizzjoni Tax-Xwejni Music Fest

pr220899
Date Icon 04/07/2022

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ħabbar li nhar is-Sibt 23 ta' Lulju, mit-8.30pm 'il quddiem, ser isir l-ewwel edizzjoni Tax-Xwejni Music Festival.

Dan il-festival, li ser jittella' b'kollaborazzjoni bejn id-Direttorat tal-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex kif ukoll il-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ, ser isir fi spazju miftuħ qrib il-Batterija tal-Qolla l-Bajda, fil-limiti Tax-Xwejni.

Il-Ministru Clint Camilleri qal li dan is-sajf ser ikun wieħed impenjattiv ferm għal Għawdex, għax matul dawn it-tliet xhur il-Ministeru ser ikun qed itella' xejn inqas minn 160 attività ta' kwalità, li jvarjaw minn kunċerti sa wirjiet statiċi, li żgur ser jilħqu l-gosti ta' kulħadd.

“Qed nagħtu l-appoġġ kollu tagħna, kemm dak finanzjarju kif ukoll loġistiku, biex apparti li nassistu f'dawn l-attivitajiet, nassiguraw li dawn ikunu ta' livell għax huma mezz ieħor ta' reklamar għal pajjiżna," sostna l-Ministru Camilleri.

Dr Marlene Cini, Sindku taż-Żebbuġ, qalet li din l-attività ser tkun festa għall-familja kollha hekk kif ser jieħdu sehem diversi artisti popolari fosthom Ivan Grech, Cheryl Balzan, DJ Ryan Spiteri u DJ Micimagro bi preżentazzjoni ta' Ron Briffa. Dr Cini qalet ukoll li ser ikun provdut servizz ta' park and ride sabiex il-pubbliku jinqeda aħjar.

Il-kantant popolari Ivan Grech wera s-sodisfazzjon tiegħu li wara nuqqas ta' sentejn, ser ikun qed jipparteċipa f'dan il-festival mużikali ġewwa Għawdex.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Imħabbra l-ewwel edizzjoni Tax-Xwejni Music Fest
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Imħabbra l-ewwel edizzjoni Tax-Xwejni Music Fest
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow