Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-aħħar preparamenti għall-kunċert ta’ Lewis Capaldi

pr220891
Date Icon 01/07/2022

Għaddejjin b’ritmu tajjeb l-aħħar preparamenti għall-kunċert mużikali fuq il-Fosos tal-Furjana bis-sehem tal-artist internazzjonali Lewis Capaldi.

Dan l-avveniment ifisser ir-ritorn tal-ewwel minn sensiela ta’ attivitajiet tal-massa mingħajr restrizzjonijiet marbutin mal-pandemija. 

Fi żjara li saret fuq il-Fosos tal-Furjana lejlet dan il-kunċert, il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo semma kif f’dawn l-aħħar sentejn saret ħidma importanti biex pajjiżna jibqa’ attraenti fid-dinja tad-divertiment. 

“Lewis Capaldi huwa artist li ċertament m’għandux bżonn l-ebda introduzzjoni. Iġorr miegħu popolarità kbira minn madwar id-dinja u dik tawgura tajjeb biex għada naraw spettaklu mill-isbaħ li minnu jgawdu t-turisti u anke l-Maltin li se jattendu għal dan il-kunċert,” irrimarka l-Ministru Clayton Bartolo. 

Intant, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Carlo Micallef qal li dawn l-attivitajiet jiffurmaw parti mill-istrateġija għas-settur turistiku, fejn jingħata valur addizzjonali u raġuni oħra sabiex it-turisti jagħżlu li jżuru pajjiżna mhux biss minħabba l-istorja, l-ikel, u t-temp mill-isbaħ, iżda anke sabiex ikunu jistgħu jesperjenzaw avvenimenti ta' din l-iskala, b’għadd ta’ artisti u mużiċisti rinomati mad-dinja kollha.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-aħħar preparamenti għall-kunċert ta’ Lewis Capaldi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-aħħar preparamenti għall-kunċert ta’ Lewis Capaldi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-aħħar preparamenti għall-kunċert ta’ Lewis Capaldi
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow