Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX: Jirritorna Ħondoq by Night – attività mistennija minn bosta

pr220887
Date Icon 30/06/2022

Nhar is-Sibt 8 ta' Lulju 2022 se tittella' l-għaxar edizzjoni ta' Ħondoq by Night Festival, waħda mill-akbar attivitajiet li jsiru f'Għawdex. Dan ġie mħabbar mill-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri waqt konferenza tal-aħbarijiet.

Il-Ministru Clint Camilleri sostna li matul dan is-sajf, dawk kollha li jżuru Għawdex se jsibu bosta attivitajiet jistennewhom, fosthom dan il-festival fuq il-bajja ta' Ħondoq ir-Rummien. Kompla jispjega li, “il-Ministeru għal Għawdex ikun fuq quddiem biex jgħin finanzjarjament sabiex jittellgħu attivitajiet bħal dawn, li tant jattiraw viżitaturi lejn Għawdex filwaqt li jiġġeneraw turiżmu intern. Kommess li nkomplu ninvestu f'dawn l-avvenimenti u nsaħħuhom sabiex Għawdex ikun id-destinazzjoni tal-għażla ta' kulħadd matul is-sena kollha u mhux fis-sajf biss."

Il-Ministru tenna li dan il-festival isir fi sfond ta' messaġġ ċar u b'saħħtu favur l-ambjent, fejn waqt l-attività ma' jintużax single-use plastic sabiex dan is-sit ma jiġix ikkontaminat minn dan il-materjal hekk perikoluż għall-ibħra tagħna. Il-Ministru Camilleri appella biex kull min igawdi ix-xtajtiet tagħna jagħmel dan b'rispett sħieħ lejn l-ambjent tal-madwar u lejn l-istess nies li jżuru s-sit u dan billi ma jintremiex skart, speċjalment plastic u loqom tas-sigaretti. Huwa rringrazzja lill-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku li jaħdmu sabiex il-bajjiet tagħna jinżammu indaf.

Is-Sindku tal-lokalità tal-Qala, Paul Buttigieg, stieden lill-pubbliku sabiex jattendi għal dan l-avveniment u jgawdi din il-bajja f'ambjent naturali mill-isbaħ.

Noel Mizzi, wieħed mill-organizzaturi ta' dan il-festival, qal li l-line up tal-Ħondoq by Night Festival se jinkludi wħud mill-aqwa artisti lokali, fosthom, Cash & Band, Carlo Gerada, Ryan Spiteri, Micimago u DJ Darco.

Dan il-festival qed jittella' bis-sostenn tal-Ministeru għal Għawdex, il-Ministeru għat-Turiżmu, il-Kunsill Lokali tal-Qala u l-kampanja 'Saving our Blue'.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX: Jirritorna Ħondoq by Night – attività mistennija minn bosta
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow