Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET: Fond ta’ €100,000 għal studji avvanzati fl-ICT

pr220881
Date Icon 29/06/2022

Il-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet Silvio Schembri nieda fond ta’ €100,000 bl-isem ta’ Pathfinder immirat biex jappoġġja lill-istudenti tal-ICT ikomplu fl-istudji tagħhom.

L-għanijiet prinċipali ta’ din l-iskema huma li jkun hemm assistenza għan-nies biex isegwu livelli għoljin ta’ riċerka akkademika fl-intelliġenza artifiċjali u information security.

Dan apparti li jonqos l-iżbilanċ fil-ħiliet, b’mod partikolari fis-setturi ekonomiċi u teknoloġiċi, li jinkludu ż-żewġ elementi msemmija, ikun hemm iktar appoġġ għar-riċerka fix-xjenza u t-teknoloġiji innovattivi, u tikber il-kapaċità u l-livell ta’ riċerka, innovazzjoni u żvilupp f’Malta.

“F’Malta hawn 56% tal-popolazzjoni b’mill-inqas ħiliet diġitali bażiċi, filwaqt li mal-40% biss għandhom ħiliet li huma kkunsidrati ‘l fuq mill-ħiliet diġitali bażiċi. Xi 58% għandhom ħiliet bażiċi tas-software u 4.4% biss ta’ dawn l-impjegati huma speċjalisti tal-ICT”, innota l-Ministru Schembri.

Kull applikant jista’ jgawdi minn massimu ta’ €10,000 tul il-kors kollu. 

Is-sena li għaddiet kien hemm 13-il student li bbenefikaw mill-iskema Pathfinder, li numru minnhom għamlu l-istudji tagħhom barra minn Malta, inkluż fl-Istati Uniti. 

Il-Ministru Silvio Schembri ħeġġeġ lill-istudenti tal-ICT biex ikomplu jispeċjalizzaw fl-istudji tagħhom f’suġġetti li qegħdin isiru dejjem aktar importanti fid-dinja tax-xogħol.

Kenneth Brincat, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali, l-MDIA, qal li dawn it-tip ta’ inizjattivi jiffurmaw parti mill-Istrateġija Nazzjonali għall-Intelliġenza Artifiċjali u l-MDIA hija responsabbli biex tara li l-istrateġija tiġi implimentata. 

Aktar informazzjoni dwar kif wieħed jista’ japplika għal dan il-fond tinsab fuq mdia.gov.mt/pathfinder/.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow