STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President George Vella jibda żjara statali fil-Qatar
pr220861
25/06/2022
Il-President George Vella, akkumpanjat mis-Sinjura Miriam Vella, ħalla Malta llejla għal żjara statali fil-Qatar.
Matul iż-żjara, il-President se jkollu laqgħa mal-Emir tal-Qatar, Sheikh Tamim bin Hamad Al Thani.
Id-delegazzjoni tal-President ta’ Malta tinkludi, fost oħrajn, lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana, u lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima.
Sakemm il-President Vella jkun il-Qatar, il-Professur Frank Bezzina se jservi fil-kariga ta’ Aġent President ta’ Malta.
Il-President u d-delegazzjoni jiġu lura Malta nhar l-Erbgħa, 29 ta’ Ġunju filgħodu kmieni.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946