Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Summer in Gozo

pr220859
Date Icon 25/06/2022

Il-Ministeru għal Għawdex qed iniedi numru kbir ta' attivitajiet mifruxa f'bosta lokalitajiet madwar il-gżira. Dan tħabbar waqt konferenza stampa indirizzata mill-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri fejn nieda il-programm 'Summer in Gozo'. Dan il-programm jinkludi xejn inqas minn 160 attivita li kollha ser jiġu organizzati mid-Direttorat tal-Wirt Kulturali fi ħdan l-istess ministeru u huma mingħajr ħlas.

“Apparti li matul l-aħħar xhur ħdimna fuq kampanja ta' reklamar barra minn xtutna, speċjalment fuq il-mezzi soċjali, ħassejna l-ħtieġa li norganizzaw programm ambizzjuż ta' attivitajiet kulturali li ser ikunu mifruxa ma' kull rokna ta' Għawdex. Dawn l-attivitajiet ivarjaw minn kunċerti, avvenimenti kommemorattivi, festivals, wirjiet u esebizzjonijiet fost l-oħrajn", qal il-Ministru Camilleri.

“Mhux biss in-nies se jkunu qed igawdu minn dan il-programm li fih varjetà u xelta ta' avvenimenti, iżda ħa jara s-sehem ta' artisti lokali u internazzjonali kif ukoll se jagħti spinta ekonomika lil pajjiżna", sostna il-Ministru għal Għawdex.

Clint Camilleri rringrazzja lid-Direttorat tal-Wirt Kulturali li ħadem biex fassal dan il-program ikkonċentrat li jkompli joffri valur miżjud lill-gżira Għawdxija filwaqt li joffri pjattaforma lill-artisti, fil-maġġoranza tagħhom Għawdxin, biex jespona il-ħiliet u t-talenti tagħhom.

Il-Ministru Camilleri qal li dan kollu seta' jseħħ mhux biss għax il-Ministeru għal Għawdex jemmen fil-ħiliet tal-Għawdxin imma għax b'mod koordinat, ħadem mall-kunsilli lokali u entitajiet oħra biex numru kbir minn dawn l-attivitajiet jinżammu fil-qalba tal-belt Victoria u l-irħula l-oħra f'Għawdex.

“Permezz ta' dawn l-attivitajiet, ser inkun qed inroddu lura l-pjazez fil-qalba tal-irħula tagħna biex jitgawdew min-nies li jgħoġobom jattendu u dan peress li l-pjazez ser ikunu magħluqa għat-traffiku waqt tmiem il-ġimgħa", qal il-Ministru għal Għawdex.

Il-programm kollu ta' attivitajiet jinsab fuq is-sit visitgozo.com. Wiħed jista' ukoll iżomm ruħu aġġornat billi jżur il-paġna Cultural Heritage Directorate, Ministry For Gozo fuq Facebook.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Summer in Gozo
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Summer in Gozo
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow