STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA Iffirmat ftehim bejn l-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati u l-UĦM
Ġie ffirmat ftehim bejn l-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati u l-Union Ħaddiema Magħqudin – Voice of the Workers (UĦM). Dan il-ftehim se jtejjeb il-kundizzjonijiet għal numru sostanzjali ta' impjegati u se jkunu qegħdin igawdu minnu impjegati ġodda wkoll.
“Nifhmu li dawn l-impjegati għandhom xogħol sensittiv u napprezzaw is-sens ta' dedikazzjoni li dejjem urew. Dan il-ftehim, li ilu mistenni, jassigura bilanċ bejn id-drittijiet u l-obbligi li għandhom dawn il-ħaddiema kif ukoll se jgħin biex nattiraw aktar ħaddiema fi ħdan il-Qorti", stqarr il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard.
Il-Ministru Attard irringrazzja lill-Industrial Relations Unit fi ħdan l-OPM, lill-UĦM, lis-Segretarju Permanenti Johan Galea, lill-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati Eunice Grech Fiorini, u lil dawk kollha li kienu involuti sabiex jintlaħaq dan il-ftehim.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946