Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI Servizz Pubbliku b’aktar soluzzjonijiet diġitali – L-ewwel diskors tas-Segretarju Permanenti Ewlieni Tony Sultana

pr220841
Date Icon 23/06/2022

Il-ħidma biex is-Servizz Pubbliku jkun mgħammar bl-għodda diġitali li jeħtieġ se tkun il-prijorità tal-amministrazzjoni pubblika fis-snin li ġejjin. Dan il-proċess ta' diġitalizzazzjoni se jgawdi minnu kulħadd, kemm iċ-ċittadini li jieħdu s-servizz kif ukoll l-uffiċjali pubbliċi li jipprovduh.

F'avveniment li fakkar il-Jum Dinji għas-Servizzi Pubbliċi u li sar taħt il-patroċinju tal-President ta' Malta, is-Segretarju Permanenti Ewlieni Tony Sultana spjega li d-diġitalizzazzjoni tas-Servizz Pubbliku mhijiex lussu iżda neċessità.

“It-teknoloġija tinbidel, u magħha tibdel il-kwalità tal-ħajja tan-nies. Nemmen li t-teknoloġija hija l-għodda li għandna bżonn biex nagħtu servizz xieraq lill-klijenti li jeħtieġu s-servizz. Dan mingħajr ma tnaqqas l-importanza tal-uffiċjal pubbliku, anzi, se tkun hemm għal kulħadd, għal kull grad u f'kull settur", spjega s-Sur Sultana.

Hu sostna li filwaqt li fl-aħħar snin is-Servizz Pubbliku ġġedded u ssaħħaħ, l-element ta' bidla jrid jibqa' għaddej biex jintlaħqu l-aspettattivi tal-poplu Malti u Għawdxi.

Is-Sur Sultana spjega li filwaqt li Malta tiddomina l-klassifika tal-egovernment fl-Ewropa, il-viżjoni tas-Servizz Pubbliku f'dan ir-rigward tibqa' waħda ambizzjuża li ma tiqafx sal-proviżjoni ta' servizz governattiv online.

“Se naħdmu biex l-esperjenza tan-nies biex jieħdu servizz tkun waħda mingħajr taħbil il-moħħ, b'soluzzjoni mingħajr dewmien u mingħajr talbiet ripetuti għall-informazzjoni, bil-klijent aġġornat bil-progress matul il-proċess, fost oħrajn", qal Tony Sultana.

Fl-ewwel diskors tiegħu bħala Segretarju Permanenti Ewlieni, is-Sur Sultana radd ħajr ukoll lill-uffiċjali pubbliċi kollha għad-dedikazzjoni u l-impenn li juru fix-xogħol tagħhom. Qal li f'dawn it-23 jum f'dan ir-rwol iltaqa' ma' aktar minn 500 ħaddiem. Enfasizza l-bżonn li kulħadd jiġbed ħabel wieħed, biex b'ħidma kollettiva mas-segretarji permanenti kull uffiċjal pubbliku jilħaq il-potenzjal tiegħu u jikkontribwixxi għas-suċċess tas-Servizz Pubbliku.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI Servizz Pubbliku b’aktar soluzzjonijiet diġitali – L-ewwel diskors tas-Segretarju Permanenti Ewlieni Tony Sultana
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI Servizz Pubbliku b’aktar soluzzjonijiet diġitali – L-ewwel diskors tas-Segretarju Permanenti Ewlieni Tony Sultana
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI Servizz Pubbliku b’aktar soluzzjonijiet diġitali – L-ewwel diskors tas-Segretarju Permanenti Ewlieni Tony Sultana
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI Servizz Pubbliku b’aktar soluzzjonijiet diġitali – L-ewwel diskors tas-Segretarju Permanenti Ewlieni Tony Sultana
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow