Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI 61,552 kirja reġistrata f’sentejn mal-Awtorità tad-Djar

pr220832
Date Icon 21/06/2022

“Illum qed naraw kif il-Liġi dwar il-Kirjiet Residenzjali Privati qed tħalli l-frott fejn matul l-ewwel sentejn tagħha ġew irreġistrati 61,552 kirja privata", sostna l-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes hekk kif ġiet ippubblikata t-tieni edizzjoni ta' The Annual Malta Residential Rental Study.

Il-Ministru Galdes żied jgħid li sal-aħħar tas-sena li għaddiet kien hemm 37,976 kirja attiva, żieda ta' aktar minn 12,000 kirja attiva meta wieħed iqabbel dawn il-figuri ma' kemm kien hemm kirjiet attivi sal-aħħar tas-sena 2020.

“Huwa inkoraġġanti l-fatt li tara 13,520 kuntratt li ġew irreġistrati fis-sena 2020 baqgħu attivi sal-aħħar tas-sena 2021", tenna l-Ministru Roderick Galdes. Dan ifisser li hemm relazzjoni pożittiva bejn is-sid u l-inkwilin speċjalment meta tara li żewġ terzi tal-kirjiet terminati qabel iż-żmien seħħew bi qbil bejn iż-żewġ partijiet matul is-sena 2021

Mill-kuntratti kollha attivi, li huma miżmuma fuq is-sistema ta' reġistrazzjoni msejsa fuq il-pjattaforma sigura tal-blockchain, 93% jinsabu f'Malta filwaqt li 7% jinsabu f'Għawdex.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar Leonid McKay qal li t-tieni edizzjoni ta' dan l-istudjujitfa' dawl fuq diversi temi relatati mar-riforma tal-kirjiet residenzjali privati. Huwa sostna li “l-Istatistika turina li hemm madwar 70,000 inkwilin li jgħixu f'kirja residenzjali privata. Din il-figura turi li l-isforzi tar-riforma li jkollha viżibilità sħiħa tas-suq u li kull kuntratt ta' kera jkun irreġistrat qed jintlaħaq".

Is-Sur McKay stqarr kif flimkien ma' tim ta' esperti mill-Bank Ċentrali, għall-ewwel darba qed jippubblikaw indiċi tal-kirjiet privati f'pajjiżna. Huwa rringrazzja lill-membri kollha li ħadmu fuq dan ir-rapport u qal li, “Bħala Awtorità għandna responsabilità li niddiskutu temi bħall-affordabilità u kif ukoll nkunu kuraġġużi li nagħmlu analiżi dettaljata tal-ħidma u d-deċiżjonijiet li ħa l-Panel ta' Arbitraġġ dwar tilwim bejn il-partijiet konċernati."

Il-Ministru Roderick Galdes ikkonkluda billi qal li jidher biċ-ċar li kemm is-sidien kif ukoll l-inkwilini qed jaqblu bejniethom li l-kirja għandha tkun irreġistrata u dan sabiex iż-żewġ partijiet igawdu minn serħan il-moħħ, li din il-liġi biss tista' toffri.

It-tieni edizzjoni tar-rapport dwar il-Kirjiet Residenzjali Privati jista' jiġi aċċessat minn din il-link: https://rentregistration.mt/wp-content/uploads/2022/06/Residential-Rental-Study-2nd-edition.pdf.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI 61,552 kirja reġistrata f’sentejn mal-Awtorità tad-Djar
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI 61,552 kirja reġistrata f’sentejn mal-Awtorità tad-Djar
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI 61,552 kirja reġistrata f’sentejn mal-Awtorità tad-Djar
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow