Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT “Għandna nkunu grati lejn pajjiżna, fl-istess waqt li nkunu kommessi biex nilħqu l-eċċellenza fis-settur” – Il-President waqt li żar il-Borża ta’ Malta

pr220831
Date Icon 21/06/2022

Waqt l-ewwel żjara tiegħu fil-Borża ta' Malta, il-President ta' Malta George Vella fisser ix-xogħol li jsir bħala wieħed ferm delikat u li kontinwament taħt skrutinju.

Il-President qal li dan il-post “jirrifletti l-istat ekonomiku tal-pajjiż, fis-sens li kumpaniji li jiġu attirati huwa għaliex ikun hawn il-fiduċja, kumpaniji li jibqgħu għax ikollhom servizz tajjeb u anke joffru l-opportunità għal min irid jinvesti."

Huwa esprima apprezzament lejn il-kontribut ta' kull ħaddiem fi ħdan il-Borża ta' Malta. Hawnhekk fisser kif filwaqt li għandna nkunu grati lejn dak kollu li tana pajjiżna, għandna wkoll inkunu kommessi biex tintlaħaq l-eċċellenza f'dan is-settur.

Il-President żied jitkellem dwar l-importanza tal-effiċjenza, il-bżonn ta' żvilupp professjonali kontinwu, u kwalitajiet oħrajn biex ikompli jiġu attirati aktar investituri lejn pajjiżna. Huwa temm billi awgura aktar suċċessi f'dan il-qasam.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT “Għandna nkunu grati lejn pajjiżna, fl-istess waqt li nkunu kommessi biex nilħqu l-eċċellenza fis-settur” – Il-President waqt li żar il-Borża ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT “Għandna nkunu grati lejn pajjiżna, fl-istess waqt li nkunu kommessi biex nilħqu l-eċċellenza fis-settur” – Il-President waqt li żar il-Borża ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT “Għandna nkunu grati lejn pajjiżna, fl-istess waqt li nkunu kommessi biex nilħqu l-eċċellenza fis-settur” – Il-President waqt li żar il-Borża ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT “Għandna nkunu grati lejn pajjiżna, fl-istess waqt li nkunu kommessi biex nilħqu l-eċċellenza fis-settur” – Il-President waqt li żar il-Borża ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT “Għandna nkunu grati lejn pajjiżna, fl-istess waqt li nkunu kommessi biex nilħqu l-eċċellenza fis-settur” – Il-President waqt li żar il-Borża ta’ Malta
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow