Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: Il-kultura u l-patrimonju kulturali għandhom jiġu elevati għaċ-ċentru tad-dibattitu dwar il-klima

pr220812
Date Icon 17/06/2022

“Malta tappoġġa l-idea li l-kultura u l-patrimonju kulturali jitpoġġew fuq l-aġenda tal-COP27 li se ssir f’Sharm El-Sheikh, l-Eġittu, f’Novembru li ġej, u dan sabiex inpoġġu l-kultura u l-wirt kulturali fuq quddiem fid-dibattitu dwar il-klima, b’kontribuzzjoni pożittiva għall-kisba tal-miri komuni tagħna”.

Dan sostnieh il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici waqt konferenza f’Napli tal-ministri tal-kultura tar-reġjun Ewro-Mediterran u tas-Sħubija tan-Nofsinhar tal-Unjoni Ewropea.

Huwa qal li hemm ħtieġa li mmexxu ‘l quddiem aġenda fejn il-kultura tkompli tiġi elevata favur soċjetà sostenibbli u inklużiva li tipproteġi d-diversità fil-forom kollha tagħha.

Il-Ministru Bonnici qal li, “Fis-seħħ hemm bosta strateġiji, pjanijiet, u miżuri li jindirizzaw kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà, fosthom hemm l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u l-Ftehim ta' Pariġi, li huma strumenti globali maħsuba sabiex jipprovdu gwida globali u mira speċifika. Madankollu, il-kisba ta’ dawn il-miri tiddependi ħafna fuq strateġiji u miżuri mfassla għall-isfidi u l-potenzjal speċifiċi ta’ kull stat.” 

Il-Ministru Bonnici enfasizza li Malta dejjem kienet konxja mill-ħtieġa ta’ soluzzjonijiet flessibbli aktar minn dik ta’ soluzzjoni waħda għal kulħadd. 

Għaldaqstant Malta tappoġġja bis-sħiħ dan il-format li fih il-pajjiżi Mediterranji jingħaqdu flimkien sabiex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom u jiddiskutu kwistjonijiet speċifiċi reġjonali.

Huwa spjega wkoll li Malta tappoġġja l-integrazzjoni aħjar tal-kultura bħala parti minn pjanijiet ta’ żvilupp ekonomiku u sostenibbiltà fit-tul. 

Il-kultura għandha ħafna x’toffri f’dan il-qasam, partikolarment fil-ħolqien ta’ kuxjenza. 

Għalhekk sostna li b’kollaborazzjoni mas-settur edukattiv, il-kultura tista’ tkun mezz mhux intrużiv biex iċ-ċittadini tagħna jsiru konxji tal-isfidi li niffaċċjaw bħala soċjetà u l-partijiet interessati involuti.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: Il-kultura u l-patrimonju kulturali għandhom jiġu elevati għaċ-ċentru tad-dibattitu dwar il-klima
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: Il-kultura u l-patrimonju kulturali għandhom jiġu elevati għaċ-ċentru tad-dibattitu dwar il-klima
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow