Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Tliet bajjiet Għawdxin jingħataw il-Blue Flag STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Tliet bajjiet Għawdxin jingħataw il-Blue Flag

pr220789
Date Icon 14/06/2022

Il-bajjiet tar-Ramla l-Ħamra, Ħondoq ir-Rummien, u ta' Marsalforn f'Għawdex ingħataw il-Blue Flag hekk kif issodisfaw il-kriterji tal-Foundation for Environmental Education (FEE) li f'pajjiżna hija rrappreżentata min-Nature Trust.

F'konferenza tal-aħbarijiet fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri spjega li “dan is-simbolu jpoġġi fuqna aktar responsabilità peress li l-Blue Flag tisfida lill-awtoritajiet lokali, lill-managers u lill-operaturi tal-bajjiet biex jilħqu standards għoljin fl-erba' kategoriji ewlenin, dik tal-kwalità tal-ilma, il-ġestjoni u  l-edukazzjoni ambjentali, kif ukoll is-sigurtà fil-bajja."

Il-Blue Flag hija ċertifikat ta' kwalità importanti li jikkontribwixxi ukoll għal turiżmu sostenibbli. Il-Ministru spjega li se tkun qiegħda tkompli l-ħidma biex il-Ministeru jkun jista' japplika biex aktar bajjiet f'Għawdex jingħataw dan ir-rikonoxximent.

“Bħala Gvern ser inkomplu ninvestu f'aktar faċilitajiet, fost oħrajn dan is-Sajf ser inkunu qed inżanżnu żewġ stazzjonijiet tal-ewwel għajnuna ġodda fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra. Nappella biex kull min iżur Għawdex ikun responsabbli, b'mod partikolari fejn tidħol iż-żamma tal-indafa fil-bajjiet."

Il-Kap Eżekuttiv ta' Nature Trust Vince Attard faħħar l-impenn tal-Ministeru għal Għawdex biex iżomm livell għoli fil-bajjiet u irrimarka li l-aspett edukattiv li fuqu qed jaħdem il-Ministeru kien innotat mill-Foundation for Environmental Education.

Is-Sindku tax-Xagħra Dr Christian Zammit appella biex kulħadd jagħmel il-parti tiegħu biex inżommu l-bajjiet nodfa.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Tliet bajjiet Għawdxin jingħataw il-Blue Flag STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Tliet bajjiet Għawdxin jingħataw il-Blue Flag
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Tliet bajjiet Għawdxin jingħataw il-Blue Flag STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Tliet bajjiet Għawdxin jingħataw il-Blue Flag
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Tliet bajjiet Għawdxin jingħataw il-Blue Flag STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Tliet bajjiet Għawdxin jingħataw il-Blue Flag
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow