Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: Mario Cutajar jinħatar Chairman ta’ Heritage Malta

pr220783
Date Icon 14/06/2022

Mario Cutajar inħatar Chairman tal-Aġenzija Nazzjonali għall-Patrimonju Nazzjonali, Heritage Malta.

Is-Sur Cutajar kien Direttur Eżekuttiv fil-Bord tad-Diretturi għal dawn l-aħħar snin u kellu sehem importanti f’diversi inizjattivi ta’ Heritage Malta, fosthom billi ngħatat taħt il-ħarsien tagħha siti ġodda bħal Villa Gwardangia, is-sotterran tal-Belt Valletta, Villa Frere u l-Main Guard, fost oħrajn. Tul l-istess perjodu kienet aġġornata l-liġi dwar il-partrimonju, tfasslet viżjoni ġdida għall-aġenzija u twessgħet il-missjoni ta’ Heritage Malta biex il-mużewijiet tagħha jiġu aġġornati għaż-żminijiet tal-lum. Is-Sur Cutajar ta sehem ukoll biex titwaqqaf il-unit f’Heritage Malta għal siti ta’ patrimonju f’qiegħ il-baħar, li bħalissa qed tieħu ħsieb mas-17-il sit f’qiegħ il-baħar madwar Malta.

Intant, inħatar ukoll bord ġdid għal din l-aġenzija li l-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici iddeskriviha bħala waħda li tinsab fuq l-għatba ta’ kapitlu ġdid meta qed twessa’ l-viżjoni tagħha u tqiegħed in-nies fiċ-ċentru tal-ħidma kollha tagħha.

Mario Cutajar irtira bl-età mis-Servizz Pubbliku fl-aħħar tax-xahar li għadda wara karriera ta’ 47 sena li matulha ħadem f’għadd ta’ dipartimenti u entitajiet governattivi, fosthom Heritage Malta stess, u mill-2013 sa tmiem Mejju li għadda kien ukoll il-Kap tas-Servizz Pubbliku.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow