AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva dan id-direttorat mingħand l-Awtorità tas-Sigurtà fl-Ikel tal-Ingilterra kif ukoll permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li potenzjalment fih livelli għoljin ta’ Okratossina A.
| Deskrizzjoni tal-prodott: | Ross Basmati |
| Ditta: | Kohinoor |
| Oriġini: | Indja |
| Lott: | 2994.02/20163 2994.02/20167 2994.02/20168 |
| Użin: | 1 kg |
| Data tad-durabbiltà: | BBE 05/2023 |
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946