Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA: Jitnieda programm nazzjonali ta’ screening għal abdominal aortic aneurysms

pr220770
Date Icon 10/06/2022

Il-Kura tas-Saħħa Primarja se tibda toffri servizz ġdid ta’ screening għal abdominal aortic aneurysms (AAA).

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne spjega kif il-moniteraġġ tal-AAA hija importanti peress li pazjent li għandu din il-kundizzjoni ma jesperjenzax sintomi qabel il-kundizzjoni tipprogressa sal-punt tal-attakk. 

Fil-fatt, 75% tal-pazjenti li jesperjenzaw dan l-attakk jitilfu ħajjithom.

Għaldaqstant, permezz ta’ dan l-iscreening, li se jkun offrut lill-irġiel ta’ ’l fuq minn 65 sena, il-pazjent jingħata l-opportunità li jsir konxju li għandu din il-kundizzjoni u jsiru l-interventi preventivi meħtieġa. 

Dan is-servizz se jibda jingħata fil-berġa tal-Ħamrun, u eventwalment f’ċentri oħra madwar Malta u Għawdex.

Il-Ministru Fearne spjega kif irġiel li jagħlqu l-65 sena se jirċievu stedina d-dar sabiex imorru fiċ-ċentri tas-saħħa indikati għal dan l-ultrasound scan, li jsir darba.

Min-naħa tiegħu, il-Konsulent għall-Kirurġija Vaskular, il-Professur Kevin Cassar, spjega kif l-AAA hija ħafna iżjed komuni fl-irġiel u li r-riskju ta’ din il-kundizzjoni jiżdied bl-età avvanzata, bit-tipjip u jekk diġà hemm każijiet fil-familja. 

Huwa kkalkulat li dan is-servizz jista’ jsalva bejn ħames u għaxar ħajjiet fis-sena.

Il-Professur Cassar saħaq fuq l-importanza li n-nies jirrikorru għal dan is-servizz.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA: Jitnieda programm nazzjonali ta’ screening għal abdominal aortic aneurysms
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA: Jitnieda programm nazzjonali ta’ screening għal abdominal aortic aneurysms
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA: Jitnieda programm nazzjonali ta’ screening għal abdominal aortic aneurysms
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow