Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President George Vella jżur ix-xogħlijiet li għaddejjin fil-Palazz tal-President, il-Belt Valletta

pr220739
Date Icon 03/06/2022

Il-President ta’ Malta George Vella qal li fil-Palazz tal-President, il-Belt Valletta, qiegħed isir xogħol professjonali u rringrazzja lil kull min huwa involut fil-proġett ta’ restawr imexxi minn Heritage Malta. “Naħseb li kien xieraq li palazz bħal dan, li huwa ġojjell, wieħed jagħmel minn kollox biex jerġa’ jġibu lura għal dak li kien”, qal il-President.

Akkumpanjat mill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, il-President Vella żar ix-xogħlijiet fost oħrajn fl-Uccelliera, is-sala fejn il-Gran Mastri kienu jżommu l-għasafar eżotiċi u li sa ftit tas-snin ilu kienet maqsuma f’ħafna kmamar, li kienu jinkludu anke l-Uffiċċju tal-Ispeaker. Il-Perit responsabbli mill-proġett David Zahra spjega lill-President li f’din is-sala reġa’ tpoġġa s-suffett, impitter minn Niccolò Nasoni bejn l-1723 u l-1725, u li kien tneħħa minn postu fit-Tieni Gwerra Dinjija u qatt ma reġa’ twaħħal. 

Il-President Vella żar ukoll ix-xogħlijiet fl-Armerija oriġinali tal-Palazz li jinsabu fi stadju avvanzat. Bħalissa għaddej ix-xogħol fuq il-pavimentar u s-suffett wara li tlesta r-restawr tal-iskema tal-ħitan. Il-President stqarr li jinsab impressjonat bl-ammont ta’ materjal li nstab u reġa’ sab postu fil-Palazz u awgura li dan il-proġett jitgawda mill-poplu. “Kollox sar bl-aħjar interess tal-binja biex nerġgħu nġibu lura l-importanza li kellu dan il-Palazz fl-istorja ta’ pajjiżna”, żied jgħid il-President Vella.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President George Vella jżur ix-xogħlijiet li għaddejjin fil-Palazz tal-President, il-Belt Valletta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President George Vella jżur ix-xogħlijiet li għaddejjin fil-Palazz tal-President, il-Belt Valletta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President George Vella jżur ix-xogħlijiet li għaddejjin fil-Palazz tal-President, il-Belt Valletta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President George Vella jżur ix-xogħlijiet li għaddejjin fil-Palazz tal-President, il-Belt Valletta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President George Vella jżur ix-xogħlijiet li għaddejjin fil-Palazz tal-President, il-Belt Valletta
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow