Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Prince’s Trust International tiċċelebra sena oħra ta’ suċċessi edukattivi

pr220736
Date Icon 03/06/2022

Ġew iċċelebrati s-suċċessi miksuba mill-programm Prince’s Trust International waqt ċerimonja li saret fl-Iskola Sekondarja San Benedittu, f’Ħal Kirkop. Dan huwa programm li jagħti lill-istudenti bażi sod biex jibnu l-futur tagħhom stess, mifrux fi 13-il-pajjiż fl-Ewropa, l-Asja, il-Lvant Nofsani, il-Karibew u l-Afrika.

L-avveniment tal-lum jiċċelebra l-istudenti u l-edukaturi Achieve, jagħti viżibbiltà lill-kisbiet tal-programm, u jippromwovi prattiċi ta’ proġetti innovattivi fl-iskejjel u ċ-ċentri li jsaħħu l-impenn effettiv tal-istudenti fil-kisba tal-ħiliet tagħhom.

“Dan il-programm ipoġġi prijorità assoluta fuq l-istudent, għaliex jagħtihom l-għarfien kollu meħtieġ biex ikollhom tranżizzjoni bla xkiel mill-bank tal-iskola għal studju avvanzat jew għall-bank tax-xogħol”, qal il-Ministru għall-Edukazjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima. “Ninsab kburi, bħala Ministru għall-Edukazzjoni, bit-tim li jmexxi dan il-programm u l-istudenti li jipparteċipaw fih, għaliex mill-pajjiżi kollha parteċipanti, pajjiżna huwa fuq quddiem nett fil-kisbiet li wettaq permezz tal-PTI”, qal il-ministru.

Il-programm huwa mmexxi minn Maureen Amoroso, uffiċjal edukattiv fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, u tim ta’ madwar 200 edukatur. Din hija s-seba’ sena tal-Prince’s Trust International f’Malta, li matulha l-programm kiber minn proġett pilota f’seba’ skejjel tal-istat u 90 student għal 54 skola jew ċentru li jinkludu skejjel tal-Istat, indipendenti u tal-knisja. Sal-lum, mill-PTI ibbenefikaw xejn inqas minn 2,240 student jew studenta.

Il-programm kiber ukoll u minn 63 kwalifikazzjoni – illum dawn telgħu għal 1,200 bi 300 minnhom fil-Livell 3 tal-MQF li jgħinu lill-istudenti jkomplu l-edukazzjoni post-sekondarja tagħhom fl-ITS jew fl-MCAST u għalhekk ikunu preparati aħjar għad-dinja tax-xogħol.

Il-Ministru Grima qal li dan il-programm jipprepara lill-istudenti minn età bikrija, mhux biss billi jagħtihom l-edukazzjoni, imma minħabba li din l-edukazzjoni tħejjihom għall-futur tagħhom. “Imma hija wkoll tal-akbar importanza li l-PTI qed jipprovdi spazju u wkoll attenzjoni lill-istudenti biex jitgħallmu ħiliet, jiżviluppaw aktar kunfidenza fihom infushom, itejbu l-attitudni lejn it-tagħlim u l-edukazzjoni, u jibnu sens ta’ kburija għax-xogħol u l-iżvilupp tagħhom”, qal il-Ministru Grima. Huwa rringrazzja lil dawk kollha involuti għas-suċċess ta’ dan il-programm.

Maureen Amoroso tat ħarsa lejn il-kisbiet li saru matul din is-sena, u filwaqt li rringrazzjat lit-tim kollu għall-ħidma tagħhom, irringrazzjat lill-Ministru Grima għall-appoġġ kontinwu tiegħu. Min-naħa tiegħu Michel Cordina, id-Direttur Eżekuttiv u Kap tal-Business Development tal-HSBC, qal li huwa ta’ pjaċir għall-HSBC Foundation li tgħin mill-qrib lis-settur edukattiv u tagħti appoġġ lill-PTI Achieve Awards.

Sa mill-ewwel sena, dan il-programm kellu u se jibqa’ jkollu l-appoġġ tal-HSBC Malta Foundation.


STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Prince’s Trust International tiċċelebra sena oħra ta’ suċċessi edukattivi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Prince’s Trust International tiċċelebra sena oħra ta’ suċċessi edukattivi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Prince’s Trust International tiċċelebra sena oħra ta’ suċċessi edukattivi
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow