Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA

pr220723
Date Icon 01/06/2022

Il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza jirreferi għal stqarrija tal-Oppożizzjoni ppubblikata l-Erbgħa filgħodu. 

L-Independent Police Complaints Board u l-Imħallef irtirat Franco Depasquale li jmexxih, għandhom jitħallew jaħdmu u jwettqu l-investigazzjonijiet tagħhom f'serenità u skont il-liġi.

Kuntrarju għall-impressjoni li tingħata fl-istqarrija tal-kelliem tal-Oppożizzjoni, kien nhar it-Tnejn li l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza ħabbar fil-Parlament li l-każ li ssir referenza għalih kien se jkun investigat anke wara li tkellem mal-Kummissarju tal-Pulizija.

Għal darb'oħra, l-appell hu biex il-kummenti jkunu bbażati fuq il-fatti u l-entitajiet jitħallew jagħmlu xogħolhom skont il-liġi mingħajr ma jispiċċaw għodda ta' logħob partiġġan.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow