Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Jitnieda l-proġett ACSAGO li se jgħin lill-piloti fit-tħaddim tal-ajruplan

pr220721
Date Icon 01/06/2022

Waqt attività f'Esplora, ġie mniedi l-proġett ACSAGO (Active Control Sidestick for Aircraft Ground Operation). Permezz ta' dan il-proġett, ġiet żviluppata active sidestick li se tassisti lill-pilota sabiex jikkontrolla l-veloċità u d-direzzjoni tal-ajruplan waqt li jkun fuq ir-runway. Dan se jwassal sabiex il-pilota juża inqas kontrolliwaqt il-proċess tat-taxiing.

Il-proġett sar b'kollaborazzjoni bejn l-Istitut tat-Teknoloġija Ajruspazjali fl-Università ta' Malta u l-kumpanija lokali li toffri konsulenza dwar l-avjazzjoni, QuAero Ltd. Il-proġett ġie ffinanzjat permezz tal-programm nazzjonali FUSION R&I, li huwa amministrat mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST).

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti saħaq li proġetti bħal dawn huma fundamentali fuq livell lokali għaliex itejbu l-operat ta' diversi ħaddiema. “Dan il-proġett huwa xhieda tal-ħidma eċċezzjonali ta' diversi riċerkaturi li permezz ta' kollaborazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat iwassal għal proġetti innovattivi bħal dan", sostna s-segretarju parlamentari.

Iċ‑Chairman Eżekuttiv tal‑Kunsill Malti għax‑Xjenza u t‑Teknoloġija Jeffrey Pullicino Orlando sostna li t-tkabbir ekonomiku ta' pajjiżna huwa dipendenti  mill-innovazzjoni. Għaldaqstant, permezz tal-programm FUSION u programmi oħra, l-MCST huwa kommess li jkompli jaħdem qatigħ sabiex jikkultiva l‑innovazzjoni u jinkoraġġixxi r‑riċerka. Huwa tenna li kien permezz tal-finanzjament mill-programm FUSION li dan il-proġett seta' jasal għall-istadju avvanzat li jinsab fih.

“Aħna nemmnu li t-teknoloġija li żviluppajna f'ACSAGO, flimkien ma' QuAero Ltd, se tkun ta' benefiċċju għall-komunità tal-avjazzjoni. Bħalissa ninsabu fil-proċess biex nipproteġu din it-teknoloġija permezz ta' patent sabiex nikkummerċjalizzawha", sostna l-Inġinier Jason Gauci, li mexxa dan il-proġett.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Jitnieda l-proġett ACSAGO li se jgħin lill-piloti fit-tħaddim tal-ajruplan
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Jitnieda l-proġett ACSAGO li se jgħin lill-piloti fit-tħaddim tal-ajruplan
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Jitnieda l-proġett ACSAGO li se jgħin lill-piloti fit-tħaddim tal-ajruplan
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow