Left arrow Go Back

​ STQARRIJA MILL-AWTORITÀ TA' MALTA GĦALL-KOMPETIZZJONI U GĦALL-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR Sejħa lura ta' baby teether/ pacifier f'forma ta' faqqiegħa

pr220720
Date Icon 01/06/2022

L-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) tixtieq tinforma lill-pubbliku dwar il-perikli ta' baby teether/pacifier f'forma ta' faqqiegħa għat-trabi tat-twelid. Il-prodott jinbiegħ ukoll onlajn taħt in-numri ta' identifikazzjoni li ġejjin: B09H2RH1QT, B09JWL234H u B09H2SBX.

Il-baby teether/ pacifier qed tissejjaħ lura peress li din ma tikkonformax mar-rekwiżiti tad-Direttiva dwar is-Sigurezza tal-Ġugarelli u l-istandards Ewropej applikabbli. Ir-ras tal-faqqiegħa tal-baby teether/pacifier tista' tinqaleb 'il ġewwa f'forma li tista' timblokka l-passaġġ tan-nifs (mnieħer u ħalq) tat-tfal bir-riskju ta' soffokazzjoni. Aktar dettalji tas-sejħa lura jistgħu jinstabu f'din il-link.

Minħabba f'hekk, l-MCCAA ħadet passi sabiex tiżgura li dan il-prodott jitneħħa mis-suq lokali. Il-konsumaturi li xtraw dan il-prodott għandhom jevitaw li jużawh u, fejn possibbli, jirritornawh lura għand il-bejjiegħ minn fejn xtrawh. Il-bejjiegħa huma obbligati li jirrimedjaw lill-konsumaturi, liema rimedju jista' jieħu l-forma ta' sostituzzjoni tal-prodott imsejjaħ lura b'wieħed sigur.

Għal mistoqsijiet jew għal aktar informazzjoni, wieħed jista' jikkuntattja lill-MCCAA fuq marketsurveillance@mccaa.org.mt.

​ STQARRIJA MILL-AWTORITÀ TA' MALTA GĦALL-KOMPETIZZJONI U GĦALL-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR Sejħa lura ta' baby teether/ pacifier f'forma ta' faqqiegħa
​ STQARRIJA MILL-AWTORITÀ TA' MALTA GĦALL-KOMPETIZZJONI U GĦALL-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR Sejħa lura ta' baby teether/ pacifier f'forma ta' faqqiegħa
​ STQARRIJA MILL-AWTORITÀ TA' MALTA GĦALL-KOMPETIZZJONI U GĦALL-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR Sejħa lura ta' baby teether/ pacifier f'forma ta' faqqiegħa
​ STQARRIJA MILL-AWTORITÀ TA' MALTA GĦALL-KOMPETIZZJONI U GĦALL-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR Sejħa lura ta' baby teether/ pacifier f'forma ta' faqqiegħa
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow