Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA

pr220711
Date Icon 28/05/2022

L-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika ġew notifikati li persuna residenti f’Malta nstab pożittiv għall-Monkeypox. Ir-raġel ta’ tmienja u tletin sena kien imsiefer riċentament f’pajjiż fejn ġew ikkonfermati xi każijiet ta’ Monkeypox. Ir-raġel għandu sintomi ħfief u ma għandux ħtieġa li jkun ikkurat l-isptar. Fil-fatt intalab jagħmel iżolament id-dar.

Il-Monkeypox hija infezzjoni rari kkawżata minn virus li ma jinxteridx faċilment minn persuna għal oħra. Fil-maġġoranza tal-każijiet hija marda ħafifa li ma jkunx hemm bżonn kura għaliha u l-pazjent jirkupra minnha fi ftit ġimgħat.

L-ewwel sintomi tal-Monkeypox jinkludu deni, uġigħ ta’ ras, uġigħ fil-muskoli, uġigħ fid-dahar, glandoli ffjammati, tkexkix ta’ bard u għejja. Jista’ jiżviluppa wkoll raxx, li ħafna drabi jibda’ fil-wiċċ, imbagħad jinfirex ma’ partijiet oħra tal-ġisem. Ir-raxx jinbidel u jgħaddi minn ħafna stadji sakemm fl-aħħar jifforma qoxra, li taqa’ wara ftit żmien.

L-Awtoritajiet tas-Saħħa jfakkru li huwa dejjem importanti li żżomm idejk indaf u li taħsel idejk ta’ spiss bl-ilma u s-sapun jew b’sanitiser li fih l-alkoħol, speċjalment wara li tiġi f’kuntatt ma’ xi ħadd li jkun ma jiflaħx.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow