Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Tliet kunsilli lokali jibbenefikaw mill-iskema għall-manutenzjoni u sostenn ta’ proġetti infrastrutturali maġġuri li twettqu mill-gvern

pr220694
Date Icon 24/05/2022

“Għat-tielet sena konsekuttiva qed jiġu allokati fondi sabiex proġetti infrastrutturali maġġuri li ġew imwettqa mill-gvern ċentrali fil-komunitajiet tagħna, jiġu miżmuma fi stat tajjeb. Il-kunsilli lokali tal-Ħamrun, tal-Mellieħa u ta' Għajnsielem qed jingħataw madwar €123,000 f'fondi bħala parti minn din l-iskema", ħabbret is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli waqt konferenza stampa.

Ġie spjegat li meta l-gvern ċentrali jwettaq proġetti maġġuri fil-lokalitajiet, dawn il-proġetti mbagħad ikunu jridu jiġu miżmuma fi stat tajjeb mill-kunsilli lokali rispettivi. Minħabba li l-manutenzjoni ta' dawn il-proġetti tinvolvi spejjeż kbar, inħass il-bżonn li tibda tinħareġ din l-iskema biex tgħin finanzjarjament lill-kunsilli lokali sabiex iżommu dawn il-proġetti fi stat tajjeb.

“Dan il-fond għalhekk huwa mezz sabiex jassigura li ssir il-manutenzjoni meħtieġa u għaldaqstant titjieb ukoll il-kwalità tal-ħajja tar-residenti," qalet Alison Zerafa Civelli.

Il-proġetti li qed jibbenefikaw minn dawn il-fondi huma: il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun se jżid l-aċċessibilità f'pont fil-Ħamrun; il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa se jirrestawra binja fil-Park tal-Familja; filwaqt li l-Kunsill Lokali ta' Għajnsielem se jirrestawra latrina pubblika.

Is-segretarju parlamentari ħabbret ukoll li għal din is-sena ġew allokati €300,000 għall-ħruġ mill-ġdid ta' din l-iskema.

Waqt din il-konferenza stampa kien hemm preżenti s-sindki rispettivi tat-tliet kunsilli lokali kif ukoll rappreżentanti tad-Direttorat għall-Gvern Lokali.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Tliet kunsilli lokali jibbenefikaw mill-iskema għall-manutenzjoni u sostenn ta’ proġetti infrastrutturali maġġuri li twettqu mill-gvern
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Tliet kunsilli lokali jibbenefikaw mill-iskema għall-manutenzjoni u sostenn ta’ proġetti infrastrutturali maġġuri li twettqu mill-gvern
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow