Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Inġ. Trustin Farrugia Cann jinħatar Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta

pr220680
Date Icon 23/05/2022

L-Inġinier Trustin Farrugia Cann inħatar bħala Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali. 

Il-ħatra tidħol fis-seħħ mil-lum, it-Tnejn 23 ta’ Mejju 2022. 

Inġ. Farrugia Cann huwa inġinier li serva fil-Water Services Corporation fejn mexxa diversi inizjattivi fosthom proġetti dwar sorsi ta’ enerġija rinovabbli u effiċjenza fl-enerġija. Farrugia Cann ħadem fl-Energy and Water Agency kif ukoll bħala lettur fl-MCAST. Huwa ggradwa b’Master of Science fl-Università James Madison f’Virginia fl-Istati Uniti. 

Huwa ukoll referee tal-FIFA u inħatar għal diversi logħbiet internazzjonali mal-kompetizzjoni tal-UEFA u tal-FIFA. 

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia rringrazzja lill-Inġ. Frederick Azzopardi li serva f’dan l-irwol għax-xogħol tiegħu tul is-snin.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Inġ. Trustin Farrugia Cann jinħatar Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow