Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ It-Torri ta’ San Tumas f’Marsaskala se jiġi rriġenerat f’mużew tal-piraterija

pr220624
Date Icon 16/05/2022

Investiment ta' madwar €3.2 miljun, ko-finanzjat minn fondi Ewropej

Għaddej ix-xogħol ta' restawr fuq it-Torri ta' San Tumas f'Marsaskala. Dan il-proġett għandu jwassal sabiex din l-istess binja sservi bħala mużew tal-piraterija – attrazzjoni oħra li se tkompli ssaħħaħ il-portafoll turistiku tal-Gżejjer Maltin.

Dan il-proġett qed jitmexxa mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. L-investiment fir-riġenerazzjoni tat-Torri ta' San Tumas huwa qrib it-€3.2 miljun b'ko-finanzjament minn fondi tal-Unjoni Ewropea.

Dawn id-dettalji tħabbru waqt żjara li saret mil-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett.

Il-Ministru Clayton Bartolo saħaq dwar kif il-viżjoni għas-settur turistiku għall-għaxar snin li ġejjin tinkludi ħidma kontinwa biex pajjiżna jkompli joffri xelta ta' attrazzjonijiet u opportunitajiet kulturali madwar il-pajjiż kollu.

“L-innovazzjoni u l-bidla għall-aħjar fil-prodott lokali għandha tkun l-ordni tal-ġurnata. Din għandha tkun il-mentalità li trid tmexxina 'l quddiem biex Malta ssir ċentru ta' eċċellenza turistika fil-Mediterran", kompla jgħid il-Ministru Bartolo.

Huwa rringrazzja wkoll lill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għall-impenn tagħha biex pajjiżna jibqa' kompettitiv fid-dinja turistika.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Bonett qal li x-xogħol ta' restawr fuq it-Torri ta' San Tumas qiegħed isir b'investiment ta' €3.2 miljun, li minnhom €2.5 miljun huma fondi Ewropej mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali.

Huwa spjega li bl-għajnuna ta' fondi Ewropej qegħdin isiru proġetti bħal dawn li jkomplu jsebbħu lil pajjizna. Is-segretarju parlamentari kkonkluda billi qal li dan il-mużew tal-piraterija se jgħin biex ikompli jisaħħaħ il-valur turistiku f'Wied il-Għajn u fin-naħa ta' isfel ta' Malta.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ It-Torri ta’ San Tumas f’Marsaskala se jiġi rriġenerat f’mużew tal-piraterija
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ It-Torri ta’ San Tumas f’Marsaskala se jiġi rriġenerat f’mużew tal-piraterija
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ It-Torri ta’ San Tumas f’Marsaskala se jiġi rriġenerat f’mużew tal-piraterija
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ It-Torri ta’ San Tumas f’Marsaskala se jiġi rriġenerat f’mużew tal-piraterija
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow