Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Inawgurat tagħmir tal-gym fuq barra (outdoor gym) f’bosta djar tal-anzjani tal-gvern

pr220623
Date Icon 16/05/2022

Ġie inawgurat tagħmir ta' gym fuq barra, li jikkonsisti fi steering and arm wheel u pedal chair fid-djar tal-anzjani tal-gvern fil-Mosta, il-Mellieħa, l-Imtarfa u l-Furjana. Dan ġie inawgurat mill-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela, flimkien mad-Direttorat tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AACC) fil-Mellieħa. Il-ministru spjega li dan huwa l-andament tal-gvern dwar kif se jinvesti fl-anzjani tagħna sabiex ikollhom modi ta' kif anke jagħmlu eżerċizzju fiżiku.

“L-għan ewlieni tagħna huwa li nittrasformaw is-soċjetà tal-anzjani minn waħda ta' dipendenza għal anzjanità attiva, sabiex tingħata indipendenza u dinjità f'dan l-istadju tal-ħajja tal-individwu", qal il-Ministru Abela. Huwa kompla billi qal li iżjed ma jkunu b'saħħithom l-anzjani tagħna bl-eżerċizzju fiżiku, inqas ikollna pressjoni fuq is-sistema tas-saħħa u l-kura soċjali f'pajjiżna.

Il-Ministru Jo Etienne Abela spjega wkoll li, “attivitajiet fiżiċi regolari għandhom ħafna benefiċċji minħabba li hekk kif nikbru, il-mobilità ssir dejjem aktar importanti. Ir-riċerka wriet li l-eżerċizzji jgħinu biex inaqqsu r-riskju ta' waqgħat, immunità aktar b'saħħitha u diġestiv imtejjeb, pressjoni tad-demm u densità tal-għadam aħjar, kif ukoll riskju aktar baxx ta' mard bħall-Alzheimer's disease, id-dijabete, l-obeżità, il-mard tal-qalb, l-osteoporożi, u ċerti tipi ta' kanċer. Dan jgħin ukoll lill-muskoli jissaħħu sabiex l-anzjani jkunu jistgħu jibqgħu jagħmlu l-attivitajiet tagħhom ta' kuljum mingħajr ma jsiru dipendenti fuq ħaddieħor."

Dan l-investiment se jitkompla fid-djar tal-anzjani kollha tal-gvern.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Inawgurat tagħmir tal-gym fuq barra (outdoor gym) f’bosta djar tal-anzjani tal-gvern
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Inawgurat tagħmir tal-gym fuq barra (outdoor gym) f’bosta djar tal-anzjani tal-gvern
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Inawgurat tagħmir tal-gym fuq barra (outdoor gym) f’bosta djar tal-anzjani tal-gvern
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Inawgurat tagħmir tal-gym fuq barra (outdoor gym) f’bosta djar tal-anzjani tal-gvern
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow