Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA L-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijuni approvat 904 proċeduri ta’ prokreazzjoni assistita fl-2021

pr220622
Date Icon 16/05/2022

Is-sena 2021 kienet waħda rekord għall-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijuni hekk kif approvat l-ikbar numru ta' proċeduri ta' prokreazzjoni assistita minn kemm ilha mwaqqfa dawn l-aħħar disa' snin. B'904 proċeduri approvati – iktar mid-doppju tal-proċeduri approvati s-sena ta' qabel – saru 194 ċiklu ta' IVF (in vitro fertilisation) u 123 ċiklu ta' IUI (intrauterine insemination), li flimkien irriżultaw f'57 tqala.

Dan ħareġ mir-rapport annwali tal-istess entità, mqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.

Ir-rapport jispjega li minn 354 proċedura ta' IVF, b'194 ċiklu li seta' wassal għal tqala, rriżultaw 51 tqala. Dan ifisser żieda ta' 7.91% fuq il-figuri rreġistrati s-sena ta' qabel, biex b'hekk ir-rata medja ta' trabi li twieldu permezz tal-IVF f'Malta laħqet il-21.13%, jiġifieri żieda ta' 5.69% mis-sena ta' qabel. Madwar 70% tal-koppji inqabdu tqal mal-ewwel prova tal-IVF, kważi 20% laħqu dan l-għan mat-tieni prova, filwaqt li l-10% l-oħra kellhom suċċess mat-tielet jew ir-raba' prova.

Dan filwaqt li fil-każ tal-IUI irriżultaw 6 każijiet ta' tqala, bi tnejn minnhom b'riżultat ta' donatur tal-isperma.

Bħalissa hemm 23 omm li qiegħda tistenna li twelled 25 tarbija minn proċeduri li bdew fl-2021.

Ir-rapport juri wkoll kif mill-introduzzjoni tal-liġi tal-2018, li ppermettiet il- krijopreservazzjoni tal-embrijuni, intużaw 364 embrijun f'ċikli tal-IVF sussegwenti matul l-2021, li kienet l-ewwel sena li saru l-proċeduri b'rata normali wara tnaqqis fil-proċeduri fl-2020 minħabba l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19.

In-numri ppreżentati fir-rapport illum juru li mit-twaqqif tal-Awtorità lura fl-2013 sal-aħħar tal-2021 twieldu 418-il tarbija, 404 mill-IVF u 14 mill-IUI. Minn dawn it-trabi, 260 twieldu minn proċeduri ta' prokreazzjoni assistita fl-Isptar Mater Dei u 158 tarbija twieldu wara proċeduri fi kliniċi privati f'Malta.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA L-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijuni approvat 904 proċeduri ta’ prokreazzjoni assistita fl-2021
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow