Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX: Edizzjoni speċjali tal-Karnival Spontanju tan-Nadur

pr220612
Date Icon 14/05/2022

Wara nuqqas ta’ sentejn, se jerġa’ jirritorna l-Karnival Spontanju tan-Nadur bl-eċċezzjoni li din l-edizzjoni ser tkun waħda speċjali, peress li ser issir f’Mejju. Il-Karnival Spontanju tan-Nadur hu rinomat għall-fertilità tal-immaġinazzjoni ta’ dawk kollha li jipparteċipaw fih. 

Waqt it-tnedija ta’ din l-attività, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri wera sodisfazzjon li din l-attività tant popolari ser terġa’ ssir. “Il-Karnival tan-Nadur hu wieħed tradizzjonali fejn bl-ispontanjetà tiegħu jeħodna lura fiż-żmien u jurina kif fl-imgħoddi l-Karnival kien mezz kif wieħed jiddeverti u jwassal il-messaġġ tiegħu permezz tas-satira”, qal il-Ministru Camilleri. 

Il-Ministru Clint Camilleri qal li l-jiem tal-Karnival f’Għawdex dejjem ikunu mfittxija kemm min-nies lokali, Maltin u turisti. “Nawgura li bħalma kienu l-edizzjonijiet passati, din l-edizzjoni wkoll tattira folla mdaqqsa lejn ir-raħal tan-Nadur biex f’atmosfera ta’ ferħ niċċelebraw flimkien dawn it-tlett ijiem assoċjati mal-briju”, qal il-Ministru għal Għawdex. 

Il-Ministru Camilleri faħħar l-impenn tal-Kunsill Lokali tan-Nadur li jieħu ħsieb l-proċess kollu neċessarju biex din l-attività tal-massa tirnexxi, u aktar min hekk, issir bl-inqas inkonvenjent possibbli għar-residenti. Il-Ministru fakkar li kulħadd għandu jiddeverti b’mod responsabbli u b’rispett sħiħ lejn il-liġijiet. 

Edward Said, is-Sindku tan-Nadur, qal li n-Nadur hu sinonimu ma’ dan il-karnival li issa sar parti integrali mill-kalendarju kulturali mżewwaq li joffri Għawdex. Is-Sur Said wera sodisfazzjon li l-karnival spontanju se jerġa’ jsir fil-qalba tar-raħal, fejn ta’ kull sena kien jattira lejh eluf kbar ta’ viżitaturi. 

Is-Sindku Said irringrazzja lill-Ministru għal Għawdex tas-sostenn kemm finanzjarju u dak loġistiku biex tittella’ din l-edizzjoni speċjali u awgura li, bħal edizzjonijiet preċedenti, għal darba oħra tkun suċċess. 

Il-Karnival Spontanju tan-Nadur ser isir nhar il-Ġimgħa l-20, is-Sibt 21, u l-Ħadd 22 ta’ Mejju wara nżul ix-xemx. 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX: Edizzjoni speċjali tal-Karnival Spontanju tan-Nadur
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX: Edizzjoni speċjali tal-Karnival Spontanju tan-Nadur
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX: Edizzjoni speċjali tal-Karnival Spontanju tan-Nadur
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow