Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR Għaddej xogħol estensiv fiż-Żona tal-Kunċerti fil-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali

pr220611
Date Icon 13/05/2022

43,000 m² ta’ art se jinbidlu fi spazju miftuħ għall-familji

Il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi żar il-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali fejn bħalissa għaddej xogħol estensiv fiż-żona tal-kunċerti.

Il-Ministru Zrinzo Azzopardi spjega kif din iż-żona li tikkonsisti f’art ta’ 43,000 m² se tkun qed tiġi trasformata fi spazju miftuħ fejn apparti li se tkun qed tintuża għall-kunċerti u avvenimenti kbar, se tkun qed tintuża bħala spazju ta’ rikreazzjoni għall-familja kollha. Il-Ministru qal kif dan il-proġett, li se jiġi jiswa madwar €14-il miljun, jagħmel parti minn proġett ferm akbar li se jara r-riġenerazzjoni sħiħa taż-żona kollha ta’ Ta’ Qali.

Il-Perit Lorenz Buttigieg, responsabbli mid-disinn ta’ dan il-proġett, spjega f’aktar dettall fuq ix-xogħlijiet li qed isiru. 

L-ispazju l-ġdid se joffri l-faċilitajiet kollha possibbli biex jistgħu jittellgħu attivitajiet tal-massa tal-ogħla livell, b’dawl innovattiv, teknoloġija moderna u sistema taħt l-art ta’ servizzi sanitarji. Iż-żona tal-kunċert se tkun mgħammra bi kiosks u bars u ż-żona kollha se tkun imħaddra permezz ta’ turf naturali.

Madwar 1,500 siġra u arbuxell ġodda se jitħawlu madwar dan is-sit u se jkun hemm ġibjun għall-ħażna tal-ilma tax-xita li se jintuża għat-tisqija tas-sit, inkluż it-turf naturali li se jinżera’ fuq l-ispazju kollu. Dan il-proġett qed jitmexxa mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet Pubbliċi.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR Għaddej xogħol estensiv fiż-Żona tal-Kunċerti fil-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR Għaddej xogħol estensiv fiż-Żona tal-Kunċerti fil-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR Għaddej xogħol estensiv fiż-Żona tal-Kunċerti fil-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR Għaddej xogħol estensiv fiż-Żona tal-Kunċerti fil-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow