Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, L-GĦAQDIET VOLONTARJI U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Nipproteġu lill-konsumatur u lill-ambjent mill-użu ta’ kimiċi perikolużi

pr220607
Date Icon 13/05/2022

“Huwa kruċjali li nipproteġu lin-nies u lill-ambjent mill-użu ta' kimiċi perikolużi u li jistgħu jinstabu fi prodotti li nużaw fil-ħajja ta' kuljum," kien il-messaġġ ewlieni tal-Ministru għall-Inklużjoni, l-Għaqdiet Volontarji u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli, waqt intervent f'Pariġi, fi Franza, waqt konferenza ministerjali li attendew għaliha ministri mill-istati membri kollha tal-Unjoni Ewropea.

Is-suġġett li trattat il-konferenza ministerjali huwa l-użu tal-kimiċi u kif bħala stati membri nistgħu nipproteġu aħjar is-saħħa tal-konsumatur u l-ambjent minn ċerti kimiċi li jinsabu fi prodotti li nużaw ta' kuljum. Bħalissa qed issir analiżi ta' prodotti differenti, fosthom ġugarelli, prodotti kożmetiċi, ħwejjeġ u prodotti li jintużaw fil-kċina biex wieħed isajjar fihom.

Il-ministru enfasizzat li minbarra li nistabbilixxu l-kriterji li permezz tagħhom nidentifikaw liema huma l-prodotti li wieħed għandu jqis bħala essenzjali għal dan l-eżerċizzju, huwa wkoll daqstant importanti li nedukaw u ninfurmaw lill-konsumatur.

Il-Ministru Farrugia Portelli qalet li dan kollu għandu jsir fl-istess waqt li ninċentivaw lill-industrija tkompli tinvesti fl-innovazzjoni. “Għandna nfittxu li ngħinu lill-industrija billi nħalluha tkun aktar proattiva f'dan ir-rigward. Mod wieħed kif isir dan huwa li jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni ma tirrestrinġix jew toħnoq l-innovazzjoni bla bżonn."

Il-Ministru Farrugia Portelli qalet li l-enfasi m'għandhiex tkun biss fuq il-ħsara li ċerti kimiċi jistgħu jagħmlu, iżda għandha tingħata wkoll importanza lil prodotti essenzjali li l-konsumatur juża ta' kuljum. Il-ministru kompliet tgħid li Malta hija miftuħa li tesplora l-possibbiltà li jiġu applikati ċerti prinċipji li bħalissa qed jintużaw taħt leġiżlazzjoni differenti.

Il-Ministru Julia Farrugia Portelli temmet tgħid li huwa kruċjali għall-Unjoni Ewropea u għall-istati membri tagħha li kollettivament jidentifikaw soluzzjoni u jkun stabbilit bilanċ ġust bejn il-bidla meħtieġa 'l bogħod mill-użu ta' kimiċi perikolużi filwaqt li jipprovdi biżżejjed flessibbiltà li tiffaċilita l-użu ta' kimiċi partikolari marbuta ma' prodotti essenzjali.

Il-Ministru Julia Farrugia Portelli kienet akkumpanjata mis-Segretarju Permanenti Nancy Caruana.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, L-GĦAQDIET VOLONTARJI U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Nipproteġu lill-konsumatur u lill-ambjent mill-użu ta’ kimiċi perikolużi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, L-GĦAQDIET VOLONTARJI U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Nipproteġu lill-konsumatur u lill-ambjent mill-użu ta’ kimiċi perikolużi
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow