Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Il-Ministru Byron Camilleri inawgura l-kumpless il-ġdid tal-Unità għall-Kura, Riintegrazzjoni u Edukazzjoni fi ħdan l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi

pr220599
Date Icon 11/05/2022

B'investiment ta' €300,000, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri, fil-preżenza tal-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi s-Sur Robert Brincau, inawgura l-kumpless il-ġdid tal-Unità għall-Kura, Riintegrazzjoni u Edukazzjoni fi ħdan l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi.

Dan il-kumpless jilqa' fih lit-32 professjonisti li jaħdmu flimkien mal-priġunieri fil-Faċilità Korrettiva. Dawn il-ħaddiema jinkludu psikologi, assistenti psikologi, koordinaturi tal-pjanijiet ta' kura tar-residenti, ħaddiema soċjali u koordinaturi tal-isport.

Il-Ministru Camilleri spjega li fl-aħħar snin sar investiment fir-riżorsa umana sabiex ikun hemm aktar professjonisti li jaħdmu flimkien mal-priġunieri fil-proċess rijabilitattiv tagħhom li se jwassal għall-riintegrazzjoni fis-soċjetà.

“Fl-istess ħin li investejna fir-riżorsa umana, rajna li jkun hemm investiment f'post fejn dawn il-professjonisti jkunu jistgħu jaħdmu flimkien mal-priġunieri li għada pitgħada se jkunu qed jirritornaw lura fis-soċjetà. Din il-ħidma qed tħalli l-frott", stqarr l-Ministru Camilleri.

Il-Kap tad-Dipartiment tal-Kura, Riintegrazzjoni u Edukazzjoni fi ħdan l-Aġenzija għas-Servizzi Korettivi, Mariella Camilleri, spjegat li kull persuna li tidħol fil-Faċilità Korrettiva jsirilha pjan ta' kura li jkun imfassal fuq il-ħtiġijiet tal-individwu. “L-għan tagħna huwa li persuna toħroġ persuna aħjar minn kif tkun daħlet fil-faċilità", qalet Mariella Camilleri.

Il-Psikologu Ewlieni Dr Kevin Sammut Henwood qal li fil-binja li ġiet inawgurata, il-professjonisti jinsabu miġbura kollha flimkien u hemmhekk issir il-ħidma fuq il-pjan ta' ħidma tal-priġunieri ħalli fl-aħħar mill-aħħar din il-ħidma twassal sabiex tonqos ir-rata ta' riċediviżmu.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Il-Ministru Byron Camilleri inawgura l-kumpless il-ġdid tal-Unità għall-Kura, Riintegrazzjoni u Edukazzjoni fi ħdan l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Il-Ministru Byron Camilleri inawgura l-kumpless il-ġdid tal-Unità għall-Kura, Riintegrazzjoni u Edukazzjoni fi ħdan l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow