STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Sejħa mill membri parlamentari għal għoti ta’ demm
Minn mindu l Parlament mexa għall binja l ġdida fid-daħla tal Belt Valletta f’Mejju 2015, ta’ kull sena f’dan il-perjodu bdiet tiġi organizzata attività miċ Ċentru Nazzjonali għat Trasfużjoni tad Demm f’kollaborazzjoni mal Uffiċċju tal Ispeaker u d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali fi ħdan il-Ministeru għall Politika Soċjali u d Drittjiet tat Tfal, sabiex ikun hawn aktar għarfien dwar il bżonn li jiżdiedu n-nies li jagħtu d-demm.
Din is sena din l attività nżammet illum, il-11 ta’ Mejju 2022, quddiem il bini tal Parlament, bl-użu tal mobile unit taċ Ċentru għat Trasfużjoni tad Demm. Matul l-attività kien hemm preżenti l Ispeaker tal Kamra tad Deputati Anġlu Farrugia, il Ministru għall Politika Soċjali u d Drittjiet tat Tfal Michael Falzon, id Deputy Speaker David Agius, il Whip tal-Gvern, is Segretarju Parlamentari għad Djalogu Soċjali Andy Ellul u l-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar, kif ukoll il-membri parlamentari Michael Farrugia u Ivan Castillo.
F’kelmtejn li ta lill media preżenti, l Ispeaker Farrugia spjega li b’din l attività annwali l membri parlamentari bl-eżempju jkunu qed iħeġġu aktar Maltin u Għawdxin ikunu ġenerużi u jersqu biex jagħtu d demm. Huwa spjega wkoll kif is servizzi tas saħħa f’Malta u Għawdex għandhom bżonn provvista kontinwa ta’ demm, u li għalhekk kull min jagħti d-demm ikun qed jagħmel ġest altruwist u att ta’ karità.
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947