Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MINN SERVIZZ.GOV Statistika dwar servizzi governattivi mogħtija lill-pubbliku

pr220580
Date Icon 10/05/2022

Fl-ewwel kwart tas-sena ġie rilokat iċ-ċentru tekniku, dak magħruf bħala Ċentru Servizz Familja. Dan sar proprju fi Frar ġewwa l-Belt Valletta. F'dan il-kwart tas-sena, ġew irreġistrati ftit inqas minn 86,000 żjara fit-tnejn u għoxrin ċentru reġjonali u fit-tliet ċentri tekniċi ta' servizz.gov f'Malta. L-iktar tliet ċentri reġjonali li laqgħu persuni kienu dawk taż-Żejtun, tal-Mosta u tal-Ħamrun.

Min-naħa l-oħra, l-iktar ċentru tekniku li laqa' persuni kien dak tat-Taxpayer Service servizz.gov. F'dan il-kwart tas-sena ġew irreġistrati 10,618-il żjara.

Matul Jannar, Frar u Marzu l-Freephone 153 wieġeb total ta' 200,441 telefonata. L-ikbar numru ta' mistoqsijiet kienu dwar Tax Return u fuq iċ-Ċekk tar-Rifużjoni tat-Taxxa. Fi Frar Freephone 153 beda jirċievi wkoll telefonati fuq Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità.

Ħarsa lejn il-one-stop-shop online turi li s-sit elettroniku www.servizz.gov.mt baqa' mfittex mill-klijenti ta' servizz.gov. Fil-fatt, fl-ewwel kwart tas-sena, il-klijenti ta' servizz.gov aċċessaw is-sit 317,218-il darba.

In-numru totali ta' downloads ta' mobile apps permezz tal-maltapps launcher kien 11,513. L-iktar app popolari kienet COVID Alert Malta, li tniżżlet 3,364 darba.

Min-naħa l-oħra ntbagħtu 13,984 ittra elettronika lil servizz@gov.mt, filwaqt li Marzu kien l-aktar xahar li fih l-aġenzija rċeviet ittri elettroniċi.

servizz.gov għandu preżenza wkoll fuq il-midja soċjali kemm fuq Facebook kif ukoll fuq Instagram.

Dawn iċ-ċifri ħarġu minn statistika uffiċjali miġbura mill-aġenzija servizz.gov għall-ewwel kwart tas-sena 2022.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow