Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Rapport fuq Verifika ta' Prestazzjoni: Assisting Individuals with Dementia and their Caregivers within the Community

pr220577
Date Icon 09/05/2022

L-Awditur Ġenerali Charles Deguara llum ippreżenta lill-President tal-Kamra tad-Deputati Dr Anġlu Farruġia r-rapport hawn fuq imsemmi.Dan l-istudju jiffoka fuq is-servizzi ta' appoġġ offruti lill-individwi bid-dimenzja u dawk li jieħdu ħsiebhom waqt li l-individwu jkun għadu qed jgħix fil-komunità.

F'Malta huwa proġettat li 7,450 persuna se jkollhom id-dimenzja fl-2021, li minnhom huwa stmat li bejn 80% u 85% ħa jkunu għadhom qed jgħixu fil-komunità. L-Istrateġija Nazzjonali tad-Dimenzja 'Empowering Change' kienet imnedija fl-2015 u kienet maħsuba li tiġi implementata fuq numru ta' snin sal-2023. Għal dan il-għan, l-NAO ddeċieda li jivvaluta l-estent ta' implimentazzjoni tal-obbjettivi li jirrigwardjaw servizzi fil-komunità msemmija fl-istrateġija, u b'mod pożittiv innota li l-maġġoranza ta' dawn l-obbjettivi kienu implimentati bis-sħiħ jew inkella rreġistraw progress sinifikanti fl-implementazzjoni tagħhom.

Punt ċentrali fost dawn l-għanijiet, u ta' interess partikolari għal dan l-Uffiċċju, huwa t-twaqqif tad-'Dementia Intervention Team' (DIT), li hu maħsub li jkun ta' appoġġ u gwida għal persuni bid-dimenzja u dawk li jieħdu ħsiebhom, sakemm dawn l-individwi jkunu għadhom qed jgħixu fil-komunità. Permezz tal-analiżi li għamel, l-NAO kkonkluda li, għalkemm din l-unità hija milqugħa b'mod tajjeb mill-klijenti tagħha, jikkunsidra l-madwar 600 każijiet attivi li segwew bħala baxx wisq meta kkumparat mas-6,000 persuna bid-dimenzja li huma pproġettati li jgħixu fil-komunità. L-NAO jemmen li din l-unità għandha jkollha kemm jista' jkun viżibilità dwar każijiet ta' dimenzja f'Malta, prinċipalment permezz ta' sistemi ta' komunikazzjoni mtejba ma' partijiet interessati oħra (partikolarment ma' professjonisti mediċi), sabiex ikollha fehim usa' tas-sitwazzjoni lokali u b'hekk tkun tista' tidentifika aħjar klijenti potenzjali li jkunu jistgħu jibbenefikaw mis-servizzi strutturati li toffri. Minkejja dan, dan l-Uffiċċju jirrikonoxxi li espansjoni sinifikanti fl-operat tad-DIT jeħtieġ appoġġ addizzjonali ta' riżorsi umani, li jkunu kwalifikati u kompetenti, u li dan jista' jkun ta' sfida.

Dan l-Uffiċċju jinnota b'mod pożittiv li numru ta' servizzi speċjalizzati għal nies bid-dimenzja ġew imnedija reċentement, bħat-'Telecare on the move', kif ukoll il-ftuħ ta' żewġ ċentri tal-attività tad-dimenzja ta' matul il-jum u ta' billejl f' Ħal Safi u fl-Imtarfa. Madanakollu, dan l-Uffiċċju għandu r-riservi tiegħu fuq in-numru limitat ta' klijenti li dawn iċ-ċentri jistgħu jilqgħu fihom, u għalhekk jistaqsi jekk jistgħux jitqiesu bħala inizjattiva nazzjonali. Dan l-Uffiċċju osserva wkoll li, apparti dawn is-servizzi speċjalizzati, l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AACC) joffri numru ta' servizzi oħra, anki jekk dawn huma ta' natura ġenerika. Filwaqt li l-NAO jagħraf il-benefiċċji li jistgħu jittieħdu minn dawn is-servizzi ġeneriċi, xorta jemmen li individwi bid-dimenzja jista' jkollhom bonnijiet li jistgħu jkunu indirizzati aħjar b'servizz speċjalizzat għalihom u li jistgħu jkunu mogħtija minn nies li kienu pprovduti b'taħriġ adegwat.

Minħabba l-fatt li d-dimenzja hija kundizzjoni multidimensjonali li jkollha effetti kbar fuq l-aspetti mediċi u soċjali tal-individwu, l-NAO huwa kkonċernat bin-nuqqasijiet evidenti fil-komunikazzjoni bejn id-diversi etitajiet tal-Gvern involuti f'dan il-qasam. L-NAO għalhekk iħeġġeġ lid-DIT biex ikunu aktar proattivi fit-tisħiħ ta' kollaborazzjonijiet bħal dawn, kif ukoll biex tibda u tmexxi inizjattiva li tara l-ħolqien u l-implimentazzjoni ta' sistema strutturata li fiha l-komunikazzjoni u qsim tal-informazzjoni jista' jseħħ b'mod effiċjenti u effettiv.

Il-punti msemmija hawn fuq u oħrajn huma ppreżentati b'mod komprensiv f'dan ir-rapport, flimkien mar-rakkomandazzjonijiet ta' dan l-Uffiċċju. Ir-rapport sħiħ jidher fis-sit elettroniku tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika: http://www.nao.gov.mt, kif ukoll fuq il-paġna tal-Facebook – www.facebook.com/NAOMalta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow